Avviżi
◼Offerta taʼ letteratura għal Settembru u Ottubru: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Meta tkun qed tagħmel iż-żjajjar lura introduċi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew, jekk ikun iktar xieraq għall-bżonnijiet tal-inkwilin, uża l-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem, u pprova ibda studju tal-Bibbja. Novembru u Diċembru: Uża wieħed mill-fuljetti li ġejjin: X’Tama Hemm għall-Maħbubin Tagħna li Mietu? jew It-Tbatija Kollha Dalwaqt Se Tispiċċa! jew kwalunkwe fuljett ieħor li jkun adattat għat-territorju tiegħek. Jekk ikun hemm l-interess, uri kif isir studju tal-Bibbja billi tuża l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew il-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tat-Tifkira tal-2013 se tingħata matul il-ġimgħa li tibda fl-1 t’April. It-tema tat-taħdita se titħabbar iktar tard. Dawk il-kongregazzjonijiet li jkollhom iż-żjara tal-indokratur tas-circuit jew xi assemblea fi tmiem dik il-ġimgħa, ikollhom it-taħdita speċjali l-ġimgħa taʼ wara. It-taħdita m’għandha tingħata f’ebda kongregazzjoni qabel l-1 t’April.