Affarijiet li Spikkaw fis-Servizz tal-Għalqa
Ferħanin ngħidulkom li matul ix-xahar taʼ Settembru kellna quċċata ġdida fin-numru taʼ pubblikaturi tal-kongregazzjonijiet. Flimkien mal-pijunieri awżiljarji u speċjali, u l-missjunarji, total taʼ 591 ħu u oħt ħadu sehem fis-servizz tal-għalqa. Dan kien żieda taʼ 4 fil-mija fuq l-ammont medju taʼ pubblikaturi s-sena l-oħra. Ilkoll flimkien ikkonduċejna total taʼ 213-il studju tal-Bibbja u qattajna 7810 sigħat fil-ministeru. Kemm aħna mberkin li nkunu ħaddiema sħab m’Alla matul żmien il-ħsad!—1 Kor. 3:6-9.