Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Marzu u April: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Meta tkun qed tagħmel iż-żjajjar lura introduċi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew, jekk ikun iktar xieraq għall-bżonnijiet tal-inkwilin, uża l-browxers Ismaʼ Minn Alla jew Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem, u pprova ibda studju tal-Bibbja. Mejju u Ġunju: Il-pubblikaturi jistgħu joffru kwalunkwe fuljett li jkun disponibbli. Jekk ikun hemm l-interess, uri kif isir studju tal-Bibbja billi tuża l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew, jekk ikun xieraq għall-bżonnijiet tal-inkwilin, wieħed mill-browxers Ismaʼ Minn Alla jew Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem.
◼ It-Tifkira se tinżamm nhar it-Tlieta, 26 taʼ Marzu, 2013. Jekk il-kongregazzjoni tagħkom normalment ikollha l-laqgħa nhar taʼ Tlieta, din għandha tinżamm f’ġurnata oħra tal-ġimgħa jekk is-Sala tas-Saltna tkun disponibbli. Jekk il-Laqgħa tas-Servizz ikollha tiġi kanċellata, il-koordinatur tal-ġemgħa tal-anzjani jistaʼ jagħmel aġġustamenti fl-iskeda ħalli t-taħditiet li japplikaw b’mod partikulari għall-kongregazzjoni tagħkom ikunu jistgħu jiġu inklużi matul ix-xahar. Il-kongregazzjonijiet li jkollhom iż-żjara tal-indokratur tas-circuit għandhom jirranġaw biex il-laqgħat li s-soltu jkunu nhar taʼ Tlieta filgħaxija jinżammu ġurnata oħra matul iż-żjara.