LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/13 pp. 7-9
  • Ismaʼ u Obdi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ismaʼ u Obdi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Preparat Int Għal Pranzu Spiritwali?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • ‘Ismaʼ u Żid l-Għerf Tiegħek’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Okkażjoni biex Nieklu Ikel Spiritwali u Nifirħu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • “Iġmagħli n-nies”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 4/13 pp. 7-9

Ismaʼ u Obdi

1. Għala jistaʼ jeħtieġ iktar sforz biex tismaʼ u tobdi fil-​konvenzjoni distrettwali?

1 Dalwaqt jibdew il-​konvenzjonijiet distrettwali tal-​2013. Sar ħafna xogħol biex jiġi preparat il-​programm li se jiddiskuti l-​bżonnijiet kurrenti tal-​aħwa madwar id-​dinja. Irranġajt biex tattendi t-​tlett ijiem kollha tal-​konvenzjoni? Konvenzjonijiet kbar jistaʼ jkollhom ħafna affarijiet li jaljenaw lil dak li jkun, u għalhekk jeħtieġ li nagħmlu iktar sforz biex nagħtu kas b’attenzjoni l-​programm. Ladarba s-​sessjonijiet idumu iktar mil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, hemm bżonn li nikkonċentraw iktar fit-​tul. Barra minn hekk, l-​ivvjaġġar u fatturi oħrajn jistgħu jegħjuna xi ftit. X’se jgħinna nibqgħu attenti sabiex nisimgħu u nobdu?—Dt. 31:12.

2. Kif nistgħu nħejju qalbna għall-​programm tal-​konvenzjoni?

2 Qabel Ma Tibda l-​Konvenzjoni: Fuq il-​Websajt uffiċjali tagħna, www.jw.org/mt, tistaʼ ssib il-​programm tal-​konvenzjoni, li jinkludi t-​titli tat-​taħditiet kollha u skrittura prinċipali jew tnejn għal kull waħda. Jekk għandek aċċess għall-​Internet, li tara minn qabel l-​informazzjoni se jgħinek tħejji qalbek għal dak li se jiġi preżentat. (Esd. 7:10) Matul il-​lejla tal-​Qima tal-​Familja tiegħek, tistaʼ int tuża ftit mill-​ħin biex tiddiskuti l-​programm mal-​familja ħalli lkoll tħarsu ’l quddiem għall-​konvenzjoni?

3. X’se jgħinna biex nisimgħu b’attenzjoni?

3 Matul il-​Programm: Jekk inhu possibbli, mur it-​tojlit qabel ma tibda s-​sessjoni. Itfi l-​mowbajl tiegħek sabiex ma tiġix aljenat minn telefonati jew messaġġi u lanqas titħajjar tibgħat messaġġi matul il-​programm. Jekk ikun hemm bżonn li l-​mowbajl tiegħek tħallih mixgħul, issettjah b’tali mod li ma jtellifx lil oħrajn jekk iċempillek xi ħadd. Jekk tuża xi apparat elettroniku matul il-​programm, agħmel dan b’mod li ma ttellifx lil ħaddieħor. Evita li tiekol jew tixrob waqt il-​programm. (Ekk. 3:1) Żomm ħarstek fuq il-​kelliemi. Meta tinqara skrittura, segwi mill-​Bibbja tiegħek. Ħu noti qosra.

4. Il-​ġenituri kif jistgħu jgħinu lil uliedhom biex jisimgħu u jobdu?

4 Aħna rridu li anke wliedna jisimgħu u jobdu. Proverbji 29:15 jgħid: “Tifel mitluq għal riħu jkun taʼ mistħija għal ommu.” Għalhekk, ikun xieraq li t-​tfal joqogħdu bilqiegħda ħdejn il-​ġenituri. B’hekk, il-​ġenituri jkunu jistgħu jagħmlu ċert li wliedhom qegħdin attenti għall-​programm minflok ma jitkellmu, jibagħtu l-​messaġġi, jew jippassiġġaw ’l hemm u ’l hawn. Anki jekk għadhom żgħar wisq biex jifhmu kulma qed jiġi diskuss, it-​tfal jistgħu jiġu mħarrġin biex jibqgħu mqajmin u joqogħdu bilqiegħda kwieti.

5. Għala hu taʼ benefiċċju li nirrivedu l-​programm, u kif nistgħu nagħmlu dan?

5 Wara li Jispiċċa l-​Programm Kull Ġurnata: Tibqax barra tard. Orqod kmieni biżżejjed ħalli tkun mistrieħ. Jekk tirrivedi dak li tkun smajt se jgħinek biex tiftakru iktar. Għalhekk, ikun taʼ benefiċċju jekk tieħu ftit minuti biex tiddiskuti l-​programm bħala familja kull lejla. Jekk tmur f’restorant mal-​ħbieb, għala ma tiħux in-​noti miegħek u taqsam xi punt jew tnejn li laqtu lilek partikularment? Meta tkun għaddiet il-​konvenzjoni, ikun tajjeb li tqattaʼ ftit ħin matul il-​lejla tal-​Qima tal-​Familja tiddiskuti kif tistgħu tapplikaw l-​informazzjoni bħala familja. Ukoll, tistaʼ twarrab ftit ħin kull ġimgħa biex tirrivedi silta minn kwalunkwe pubblikazzjoni ġdida.

6. Huwa biżżejjed li sempliċement inkunu preżenti għall-​konvenzjoni? Spjega.

6 Ikla kbira ma tantx ikollha skop jekk l-​ikel ma jittikilx u jiġi diġerit. Nistgħu ngħidu l-​istess rigward il-​pranzu spiritwali li se jiġi servut fil-​konvenzjoni distrettwali. Jalla nibbenefikaw bis-​sħiħ billi nattendu għall-​programm kollu, nisimgħu b’attenzjoni, u napplikaw dak li nitgħallmu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja