Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fl-24 taʼ Ġunju, 2013. Ġiet imniżżla d-data meta kull punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek għall-iskola.
1. Ġesù x’ried ifisser bl-istqarrija tiegħu mniżżla fi Ġwanni 3:14, 15: “Bħalma Mosè għolla s-serp fix-xagħri, hekk jeħtieġ jitgħolla Bin il-bniedem”? [6 taʼ Mej., gt kap. 17 para. 5]
2. Is-segwaċi taʼ Kristu meta se jirċievu l-ħajja fihom infushom, jew jidħlu fil-milja tal-ħajja? (Ġw. 6:53) [13 taʼ Mej., w03 9/15 p. 31 para. 3]
3. Ġesù kif enfasizza l-bżonn li nagħmlu l-verità l-mod kif ngħixu ħajjitna? (Ġw. 8:31, 32) [20 taʼ Mej., w12 7/15 p. 9, para. 11, 12]
4. X’nitgħallmu mill-fatt li Ġesù “qabiżlu d-dmugħ” meta miet il-ħabib tiegħu Lazzru? (Ġw. 11:35) [20 taʼ Mej., w12 4/15 p. 5, para. 10]
5. Liema lezzjoni qawwija għallem Ġesù billi ħasel saqajn id-dixxipli tiegħu? (Ġw. 13:4, 5) [27 taʼ Mej., w99 3/1 p. 31 para. 1]
6. L-ispirtu t’Alla kif jistaʼ jservi taʼ gwida ċerta għalina? (Ġw. 14:26) [27 taʼ Mej., w11 12/15 pp. 14-15 para. 9]
7. Fi Ġwanni 21:15, il-kelma “dawn” għal xiex tirreferi, u liema lezzjoni nistgħu nitgħallmu? [3 taʼ Ġun., w08 4/15 p. 32 para. 11]
8. Skont Atti 2:44-47 u Atti 4:34, 35, il-Kristjani liema spirtu jagħmlu tajjeb li jimitaw? [10 taʼ Ġun., w08 5/15 p. 30 para. 5]
9. Kien Stiefnu qed jitlob lil Ġesù fir-rakkont li nsibu f’Atti 7:59? [17 taʼ Ġun., w08 5/15 p. 31 para. 2]
10. Kif nistgħu nimitaw l-eżempju tajjeb taʼ Barnaba, u liema benefiċċji se ngawdu meta nagħmlu dan? (Atti 9:26, 27) [24 taʼ Ġun., bt p. 65 para. 19]