Affarijiet li Spikkaw fis-Servizz tal-Għalqa
Aħna ferħanin nirrapportaw li matul ix-xahar taʼ Frar saru 245 studju tal-Bibbja f’Malta. Dan kien ħafna iktar mis-sena l-oħra. Total taʼ 572 pubblikatur ħadu sehem fl-ippritkar tal-aħbar tajba. Dan in-numru jinkludi 12-il pijunier speċjali u missjunarju, indokratur li jivvjaġġa u martu, 38 pijunier regulari, 4 pijunieri awżiljarji, u 518-il pubblikatur tal-kongregazzjoni. Qattgħu total taʼ 8,022 siegħa fil-ministeru.