Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-26 t’Awwissu, 2013. Ġiet imniżżla d-data meta kull punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek għall-iskola.
1. Liema lezzjoni importanti ħafna nistgħu nitgħallmu mill-fatt li s-Sultan Erodi kien lest li jaċċetta mingħand il-bnedmin it-tifħir u l-unur li ma kellhomx jingħataw lilu? (Atti 12:21-23) [1 taʼ Lul., w08 5/15 p. 32 para. 7]
2. Żgħażagħ Kristjani kif jistgħu jibbenefikaw jekk janalizzaw u jsegwu l-eżempju taʼ Timotju? (Atti 16:1, 2) [8 taʼ Lul., w08 5/15 p. 32 para. 10]
3. Wara li semgħu lil Apollo “jitkellem bil-qlubija” fis-sinagoga f’Efesu, Akwila u Prixilla kif għenuh bi mħabba? (Atti 18:24-26) [15 taʼ Lul., w10 6/15 p. 11 para. 4]
4. Liema bażi Skritturali hemm biex ix-Xhieda taʼ Ġeħova jużaw il-qrati tal-pajjiż biex jipproteġu d-dritt tagħhom li jippritkaw? (Atti 25:10-12) [22 taʼ Lul., bt p. 198 para. 6]
5. L-appostlu Pawlu kif kompla jsib modi kif jagħti xhieda anke meta kien il-ħabs f’Ruma, u l-qaddejja taʼ Ġeħova llum kif jimitaw l-eżempju tiegħu? (Atti 28:17, 23, 30, 31) [29 taʼ Lul., bt pp. 216-217 para. 19-23]
6. Il-Bibbja għala tikkundanna l-atti omosesswali bħala li jmorru kontra n-natura u huma oxxeni? (Rum. 1:26, 27) [5 t’Aww., g-E 1/12 p. 28 para. 7, yp1 p. 166 para. 5]
7. Il-“fidwa mħallsa minn Kristu Ġesù” fis-sena 33 E.K., kif tistaʼ tpatti għad-“dnubiet li seħħew” qabel ma tħallset? (Rum. 3:24, 25) [5 t’Aww., w08 6/15 p. 29 para. 6]
8. Liema provvediment taʼ mħabba għamel Ġeħova għal meta niffaċċjaw sitwazzjonijiet li tant iħawduna li ma nkunux nafu għal xiex irridu nitolbu? (Rum. 8:26, 27) [12 t’Aww., w08 6/15 p. 30 para. 10]
9. Il-frażi “uru dejjem l-ospitalità” x’timplika? (Rum. 12:13) [19 t’Aww., w09 10/15 pp. 5-6 para. 12-13]
10. Kif nistgħu ‘nilbsu l-Mulej Ġesù Kristu,’ bħalma ħeġġeġ l-appostlu Pawlu? (Rum. 13:14) [26 t’Aww., w05 1/1 pp. 11-12 para. 20-22]