Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fl-24 taʼ Frar 2014.
Satana fuq xiex ġiegħel lil Eva tiffoka, u Eva xi wriet meta kielet mis-siġra projbita? (Ġen. 3:6) [6 taʼ Jan., w11 5/15 pp. 16-17 para. 5]
Abel kif setaʼ żviluppa l-fidi soda tiegħu, u x’kien ir-riżultat tagħha? (Ġen. 4:4, 5; Ebr. 11:4) [6 taʼ Jan., w13 1/1 p. 12 para. 3; p. 14 para. 5-6]
F’liema sens jistaʼ jingħad li Ġeħova “ddispjaċieh” li kien għamel il-bniedem? (Ġen. 6:6) [13 taʼ Jan., w04 1/1 p. 29 para. 6]
X’nistgħu nitgħallmu mir-rakkont taʼ Lot u martu, kif inhu mniżżel f’Ġenesi 19:14-17, u 26? [27 taʼ Jan., w03 1/1 pp. 16-17 para. 20]
Abraham kif wera l-fidi tiegħu kemm fl-irxoxt kif ukoll fil-wegħda taʼ Ġeħova li minn Iżakk kellu joħroġ nisel? (Ġen. 22:1-18) [3 taʼ Frar, w09 4/1 p. 18 para. 4]
Liema veritajiet importanti nistgħu nitgħallmu mill-profezija miktuba f’Ġenesi 25:23, li tgħid li “l-kbir jaqdi liż-żgħir”? [10 taʼ Frar, w03 10/15 p. 29 para. 1]
X’kien is-sinifikat tal-ħolma taʼ Ġakobb li kienet tinvolvi dak li xi traduzzjonijiet isejħulu “sellum”? (Ġen. 28:12, 13) [10 taʼ Frar, w04 1/15 p. 28 para. 5]
Laban għala kien daqstant ansjuż biex jieħu t-terafim misruq lura? (Ġen. 31:30-35) [17 taʼ Frar, w04 6/1 p. 29 para. 2]
X’nitgħallmu mit-tweġiba tal-anġlu lil Ġakobb f’Ġenesi 32:29? [24 taʼ Frar, w09 5/15 pp. 23-24 para. 14]
Liema hu mod wieħed kif nistgħu nevitaw konsegwenzi bħal dawk li ġarrbet Dina? (Ġen. 34:1, 2) [24 taʼ Frar, w01 8/1 p. 20]