Affarijiet li spikkaw fis-servizz tal-għalqa
Kien inkuraġġanti li naraw total taʼ 85 pijunier awżiljarju, 41 pijunier regulari, u 9 pijunieri speċjali u missjunarji tal-ministeru matul ix-xahar taʼ Diċembru. B’kollox, total taʼ 595 pubblikatur qattgħu 10,243 siegħa fis-servizz tal-għalqa. Dan ix-xogħol importanti huwa appoġġat minn wara l-kwinti minn 17-il Betelit fultajm kif ukoll numru taʼ ħaddiema fil-Betel partajm. Nistgħu nibqgħu ċerti li meta nagħtu l-aqwa tagħna lil Ġeħova u ma nżommux lura, hu se jberikna.—Prov. 3:27.
[Tabella f’paġni 5-8]
Rapport tas-sena taʼ servizz 2013 tax-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja
(Ara pubblikazzjoni)