LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/14 p. 2
  • Ikkultiva d-drawwa li tkun fil-ħin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ikkultiva d-drawwa li tkun fil-ħin
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Għala Għandna Nkunu Puntwali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Il-puntwalità
    Stenbaħ!—2016
  • Segwi l-Eżempju li Ħalla Ġesù
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Werrej
    Stenbaħ!—2016
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 5/14 p. 2

Ikkultiva d-​drawwa li tkun fil-​ħin

1. Ġeħova liema eżempju jagħti rigward il-​puntwalità?

1 Ġeħova qatt ma jittardja. Pereżempju, hu jagħti lill-​qaddejja tiegħu “għajnuna f’waqtha.” (Ebr. 4:16) Hu wkoll jipprovdi “l-​ikel [spiritwali] fiż-​żmien xieraq.” (Mt. 24:45) Għalhekk, nistgħu nkunu fiduċjużi li l-​jum li ġej tar-​rabja tiegħu ‘mhux se jkun tard.’ (Ħab. 2:3) Kemm nibbenefikaw mill-​puntwalità taʼ Ġeħova! (Salm 70:5) Però, bħala bnedmin imperfetti li dejjem għandna x’nagħmlu, li nkunu fil-​ħin tistaʼ tkun taʼ sfida għalina. Għala għandna nikkultivaw id-​drawwa li nkunu fil-​ħin?

2. Li nkunu fil-​ħin għala jonora lil Ġeħova?

2 Matul dawn l-​aħħar jiem fejn in-​nies iħobbu lilhom infushom u huma bla rażan, li ma jkunux fil-​ħin hi xi ħaġa normali. (2 Tim. 3:1-​3) Għalhekk, meta l-​Kristjani jaslu fil-​ħin għax-​xogħol, l-​appuntamenti, u l-​laqgħat, oħrajn jinnotawhom u dan jonora lil Ġeħova. (1 Pt. 2:12) Naslu aħna ġeneralment fil-​ħin għax-​xogħol imma mbagħad nindunaw li spiss naslu tard għall-​attivitajiet teokratiċi? Meta nkunu fil-​ħin għal-​laqgħat Kristjani, inkluż it-​talba u l-​għanja tal-​ftuħ, nuru li nixtiequ nimitaw lil Missierna tas-​sema, li jagħmel kollox bl-​ordni.—1 Kor. 14:33, 40.

3. Meta nkunu puntwali għala nuru li nirrispettaw lil oħrajn?

3 Meta nkunu puntwali nuru wkoll li nirrispettaw lil oħrajn. (Flp. 2:3, 4) Pereżempju, meta naslu fil-​ħin għal-​laqgħat Kristjani, inkluż il-​laqgħat tas-​servizz tal-​għalqa, l-​aduraturi sħabna ma jiġux imfixkla bla bżonn. Mill-​banda l-​oħra, jekk għandna d-​drawwa li naslu tard, oħrajn jistgħu jaħsbu li aħna nikkunsidraw il-​ħin tagħna bħala li hu iktar taʼ valur minn tagħhom. Meta nkunu fil-​ħin nuru li aħna taʼ min joqgħod fuqna, diliġenti, u taʼ min jafdana—kwalitajiet li huma apprezzati minn dawk taʼ madwarna.

4. Jekk spiss naslu tard, kif nistgħu nitjiebu?

4 Jekk spiss tasal tard, ieqaf u aħseb għala. Organizza ruħek billi tagħmel skeda realistika li tippermettilek tagħmel kollox f’ħinu. (Ekk. 3:1; Flp. 1:10) Itlob lil Ġeħova għall-​għajnuna. (1 Ġw. 5:14) Li tkun puntwali hu mod wieħed kif turi apprezzament għall-​akbar żewġ kmandamenti tal-​Liġi—li tħobb lil Alla u tħobb lill-​proxxmu tiegħek.—Mt. 22:37-39.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja