Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-30 taʼ Ġunju 2014.
Il-prinċipju mniżżel f’Eżodu 23:2 għala hu tant importanti meta niġu biex nagħżlu d-divertiment u r-rikreazzjoni? [5 taʼ Mej, w11 7/15 pp. 10-11 para. 3-7]
Kemm kien serju l-kmand li jitlob il-qassisin biex jinħaslu qabel ma joffru sagrifiċċji lil Ġeħova, u dan kif iservi taʼ tfakkira qawwija għall-qaddejja t’Alla llum? (Eżo. 30:18-21) [19 taʼ Mej, w96 7/1 p. 17 para. 9]
Aron għala ma kienx kastigat talli għamel l-għoġol tad-deheb? (Eżo. 32:1-8, 25-35) [19 taʼ Mej, w04 3/15 p. 27 para. 4]
Alla ma ppermettiex lill-Iżraelin jiżżewġu residenti barranin. Dan kif jeffettwa l-ħarsa tal-Kristjani dwar l-għerusija u ż-żwieġ? (Eżo. 34:12-16) [26 taʼ Mej, w90 2/1 pp. 14-15 para. 11-13]
L-esperjenza taʼ Besalel u Oħolijab, għala hi inkuraġġanti partikularment għalina? (Eżo. 35:30-35) [26 taʼ Mej, w10 9/15 p. 10 para. 13]
“Is-sinjal qaddis tad-dedikazzjoni” fuq it-turbant milbus mill-qassis il-kbir t’Iżrael, liema tfakkira ta, u dan is-sinjal x’jgħallimna dwar id-dedikazzjoni? (Eżo. 39:30) [2 taʼ Ġun, w01 2/1 p. 14 para. 2-3]
Qegħdin nipproteġu ħabib jekk ngħinuh jaħbi dnub serju? (Lev. 5:1) [9 taʼ Ġun, lv p.164, kaxxa, para. 4]
Liema rwol importanti kellhom is-sagrifiċċji tas-sħubija fi żmien l-Iżraelin, u din l-offerta x’tissimbolizza għalina llum? (Lev. 7:31-33) [16 taʼ Ġun, w12 1/15 pp. 18-19 para. 11-12]
X’setaʼ kien involut fid-dnub taʼ Nadab u Abiħu, ulied Aron, u x’lezzjonijiet nitgħallmu minn dan ir-rakkont? (Lev. 10:1, 2, 9) [23 taʼ Ġun, w04 5/15 p. 22 para. 6-8]
Mara li tkun wildet għala kienet ikkunsidratha li ‘mhix nadifa’? (Lev. 12:2, 5) [23 taʼ Ġun, w04 5/15 p. 23 para. 1]