Affarijiet li spikkaw fis-servizz tal-għalqa
Matul ix-xahar ta’ Marzu kellna quċċata ġdida ta’ 628 pubblikatur li ħadu sehem fil-ministeru. Fost dawn kien hemm 50 pijunier regulari, l-ogħla numru ta’ pijunieri li qatt kien hawn f’Malta. Fl-14 t’April, kellna quċċata ġdida oħra meta 1,164 ruħ attendew it-Tifkira. Dan juri li fit-territorju tagħna x-xogħol tal-ippritkar qed jiżdied, u iktar u iktar nies qed jibdew jaqdu lil Alla billi jiġru lejn “il-muntanja tad-dar ta’ Ġeħova.”—Is. 2:2.