Affarijiet li spikkaw fis-servizz tal-għalqa
Matul ix-xahar taʼ Mejju kellna quċċata ġdida taʼ pijunieri regulari, total taʼ 55. Kien hemm 618-il pubblikatur li qattgħu total taʼ 10,999 siegħa fis-servizz tal-għalqa. L-ippritkar qed isir b’diversi lingwi fit-territorju tagħna. Bħalissa hemm grupp tal-Ingliż, tat-Taljan, tal-Għarbi, u tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Nistgħu nkomplu nimitaw lil Ġeħova billi nagħtu xhieda lill-bnedmin taʼ kull xorta, hi x’inhi r-razza tagħhom u huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tagħhom.—1 Tim. 2:3, 4.