Affarijiet li spikkaw fis-servizz tal-għalqa
Matul ix-xahar t’attività speċjali f’Awwissu rrapportajna quċċata ġdida taʼ pubblikaturi—total taʼ 663. Dan it-total jinkludi 213-il pijunier awżiljarju u 51 pijunier regulari. Fit-tmiem tas-sena taʼ servizz, Malta kellha żieda taʼ 8% fl-ammont taʼ pubblikaturi meta mqabbel mas-sena taʼ qabel. Jalla nkomplu nitolbu għall-“qawwa iktar min-normal” li Ġeħova jagħtina permezz tal-ispirtu tiegħu biex inkunu żelużi fix-xogħol tant importanti tal-ippritkar.—2 Kor. 4:1, 7; Lq. 11:13.