Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fid-29 taʼ Ġunju 2015. Ġiet imniżżla d-data meta kull punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek għall-iskola.
X’kien hemm ħażin fil-mod kif Mikal kellmet lil David, u l-koppji miżżewġin x’lezzjoni għandhom jiftakru sew minn dan ir-rakkont? (2 Sam. 6:20-23) [11 taʼ Mej., w11 10/1 p. 12 para. 1]
Il-profeta Natan kif irreaġixxa meta Ġeħova kkoreġieh talli qal lil David biex jibni t-tempju għal Ġeħova? (2 Sam. 7:2, 3) [11 taʼ Mej., w12 2/15 p. 24 para. 6-7]
Natan għala qal it-tixbiha mniżżla fit-2 Samwel 12:1-7 minflok ma qabad u qal lil David direttament li kien għamel dnub serju? Dan ir-rakkont kif jistaʼ jgħinna nkunu għalliema aħjar? [18 taʼ Mej., w12 2/15 p. 24 para. 2-3]
Absalom għala rnexxielu jqarraq bl-Iżraelin, u kif nistgħu nipproteġu ruħna min-nies bħal Absalom taʼ żmienna? (2 Sam. 15:6) [25 taʼ Mej., w12 7/15 p. 13 para. 7]
Ġeħova kif ipprovda għal David meta sab ruħu fi bżonn urġenti, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan? (2 Sam. 17:27-29) [1 taʼ Ġun., w08 9/15 p. 6 para. 15-16]
Kif nistgħu nibbenefikaw mill-eżempju taʼ kif David ittratta lil barrani li kien jismu Ittaj? (2 Sam. 18:2) [1 taʼ Ġun., w09 5/15 p. 27 para. 7]
Uħud avvanzati fl-età kif jistgħu jibbenefikaw mill-eżempju taʼ Barżillaj? (2 Sam. 19:33-35) [8 taʼ Ġun., w07 7/15 p. 15 para. 1-2]
Il-kliem taʼ David dwar il-lealtà, kif jaċċerta lill-qaddejja taʼ Ġeħova tal-lum? (2 Sam. 22:26) [15 taʼ Ġun., w02 8/15 p. 5 para. 4]
Natan kif wera l-lealtà lejn Alla, u kif nistgħu nimitaw din il-kwalità llum? (1 Slat. 1:11-14) [22 taʼ Ġun., w12 2/15 p. 25 para. 1, 4-5]
F’liema oqsma tal-ħajja għandu mnejn qaddej t’Alla juża raġunar imperfett biex joqgħod idur maʼ dak li kkmanda Alla, bħalma milli jidher għamel Salamun? (1 Slat. 3:1) [29 taʼ Ġun., w11 12/15 p. 10 para. 12-14]