Avviżi
◼ Offerta tal-letteratura għal Ġunju: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? jew kwalunkwe wieħed mill-fuljetti li ġejjin: Int Kif Tħares Lejn il-Bibbja? (T-30), Int Kif Tħares Lejn il-Futur? (T-31), X’Inhu s-Sigriet Għal Familja Ferħana? (T-32), Min Tassew Qed Jikkontrolla d-Dinja? (T-33), It-tbatija qatt se tintemm? (T-34), Jistgħu l-Mejtin Verament Jerġgħu Jgħixu? (T-35), X’inhi s-Saltna t’Alla? (T-36), Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja? (T-37), u Tixtieq Tkun Taf il-Verità? (kt). Lulju u Awwissu: Il-browxers Aħbar Tajba Mingħand Alla! u X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tista’ Ssibu? Settembru: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ!
◼ Il-fuljetti u l-inviti kollha li tħallew maʼ individwi jew fi djar li ma sibna ’l ħadd għandhom jitniżżlu fil-kolonna “Brochures and Tracts” meta nkunu qed nimlew ir-rapport tas-servizz tal-għalqa fl-aħħar tax-xahar. Meta persuna turi interess u taċċetta l-letteratura, anki jekk ikun fuljett, għandna nagħmlu sforz biex nerġgħu mmorrulha biex nikkultivaw l-interess.
◼ Mill-ġimgħa li tibda fid-19 t’Ottubru 2015, se jiġi kkunsidrat il-ktieb Imita l-fidi tagħhom waqt l-Istudju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni. Il-kongregazzjonijiet li għandhom bżonn iktar kopji għandhom jordnawhom fir-rikjesta tal-letteratura li jmiss. Dawk li jippreferu pubblikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiddawnlowdjaw kopja mill-jw.org minflok jiksbu ktieb stampat.