Affarijiet li spikkaw fis-servizz tal-għalqa
Matul ix-xahar taʼ Jannar kellna 251 studju tal-Bibbja u saru 3,578 żjara lura. Dan hu taʼ min ifaħħru ħafna minħabba li l-mira taʼ din is-sena taʼ servizz hi li kull pubblikatur m’għandux ikun biss żeluż imma wkoll għalliem iktar effettiv tal-aħbar tajba. Se nħarsu ’l quddiem għall-barka taʼ Ġeħova hekk kif nagħmlu sforz biex nagħmlu użu tajjeb mill-għodda mogħtijin mill-ilsir leali u għaqli. Meta nagħmlu dan waqt żjajjar lura u studji tal-Bibbja, se nkunu qed ngħallmu lil oħrajn bis-sengħa.