11-17 taʼ Jannar
2 KRONAKI 33-36
Għanja 35 u talba
Introduzzjoni miċ-chairman (3 min. jew inqas)
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA
“Ġeħova jqis taʼ valur l-indiema ġenwina”: (10 min.)
2Kr 33:2-9, 12-16—Fuq il-bażi tal-indiema ġenwina, Manasse ntwera ħniena (w05 12/1 21 ¶5)
2Kr 34:18, 30, 33—Il-qari tal-Bibbja u l-immeditar fuq dak li naqraw jistgħu jeffettwawna ħafna (w05 12/1 21 ¶10)
2Kr 36:15-17—Il-mogħdrija u l-paċenzja taʼ Ġeħova m’għandniex niħduhom ħafif ħafif (w05 12/1 21 ¶7)
Ħaffer għal ġawhar spiritwali: (8 min.)
2Kr 33:11—Xi profezija twettqet meta Manasse ttieħed Babilonja? (it-1 62 ¶2; w06 12/1 p. 9 ¶4)
2Kr 34:1-3—Kif nistgħu ninkuraġġixxu ruħna mill-eżempju taʼ Ġosija? (w05 12/1 21 ¶6)
Il-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa, x’jgħallimni dwar Ġeħova?
Mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa, x’punti nistaʼ nuża fil-ministeru tal-għalqa?
Qari tal-Bibbja: 2Kr 34:22-33 (4 min. jew inqas)
IRSISTI FIL-MINISTERU
L-ewwel konversazzjoni: (2 min. jew inqas) Ippreżenta s-suġġett prinċipali tal-aħħar ħarġa tat-Torri tal- Għassa. Witti t-triq għal żjara lura.
Żjara lura: (4 min. jew inqas) Ħejji turija li turi kif issir żjara lura lil xi ħadd li wieġeb bʼmod favorevoli għall-preżentazzjoni li fiha ssemma s-suġġett prinċipali tal-aħħar ħarġa tat-Torri tal-Għassa. Witti t-triq għaż-żjara li jmiss.
Studju tal-Bibbja: (6 min. jew inqas) Ħejji turija li turi kif isir studju tal-Bibbja (bh 9-10 ¶6-7)
GĦIX BĦALA KRISTJAN
L-indiema tagħmel differenza: (10 min.) Taħdita minn anzjan. (w06 11/15 27-28 ¶7-9)
Forgive Freely: (5 min.) Diskussjoni. Uri l-vidjow bl-Ingliż Become Jehovah’s Friend—Forgive Freely. (Mur f’jw.org, u kklikkja fuq BIBLE TEACHINGS > CHILDREN.) Imbagħad, stieden lit-tfal biex jikkummentaw fuq il-lezzjonijiet li tgħallmu.
Studju tal-Bibbja tal-kongregazzjoni: ia kap. 6 ¶15-23, il-kaxxa “Żewġ Talbiet li Jispikkaw,” u r-reviżjoni tal-kapitlu (30 min.)
Reviżjoni tal-laqgħa u wara ħarsa fuq fuq lejn il-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla (3 min.)
Għanja 6 u talba