TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALM 11-18
Min se jkun mistieden fit-tinda taʼ Ġeħova?
Li wieħed ikun mistieden fit-tinda taʼ Ġeħova jfisser li jkun ħabib t’Alla, jafdah, u jobdih. Salm 15 jiddeskrivi xi kwalitajiet ifittex Ġeħova f’ħabib.
IL-MISTIEDEN TAʼ ĠEĦOVA GĦANDU . . .
jkollu l-integrità
jitkellem il-verità, anki f’qalbu
jonora lil sħabu li huma qaddejja taʼ Ġeħova
jżomm kelmtu, anki jekk ikun diffiċli li jagħmel dan
jgħin lil dawk fil-bżonn mingħajr ma jistenna xejn lura
IL-MISTIEDEN TAʼ ĠEĦOVA GĦANDU JEVITA LI . . .
jqasqas u jimmalafama
jagħmel dak li hu ħażin lill-proxxmu
jieħu vantaġġ minn ħutu l-Kristjani
jissieħeb maʼ dawk li ma jaqdux jew ma jobdux lil Ġeħova
jaċċetta tixħim