TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | PROVERBJI 22-26
“Ħarreġ tifel skond it-triq xierqa għalih”
Il-ktieb tal-Proverbji fih pariri għaqlin għall-ġenituri. Sewwasew bħalma jekk tgħawweġ friegħi żgħar se teffettwa l-mod kif jikbru, hekk ukoll tfal imħarrġin se jitħajru jaqdu lil Ġeħova meta jikbru.
Hemm bżonn ħafna ħin u sforz biex tħarreġ it-tfal kif jixraq
Il-ġenituri għandhom iħallu eżempju mill-aħjar, u għandhom jgħallmu, iwiddbu, jinkuraġġixxu, u jiddixxiplinaw bir-reqqa lit-tfal tagħhom
Id-dixxiplina hi taħriġ bi mħabba li jikkoreġi l-moħħ u l-qalb
Mhux it-tfal kollha jkollhom bżonn l-istess dixxiplina