Għalkemm il-Qbiż ma kienx jirrappreżenta bil-quddiem it-Tifkira, nistgħu nitgħallmu ħafna miċ-ċelebrazzjoni tal-Qbiż. Pereżempju, l-appostlu Pawlu sejjaħ lil Ġesù “l-Qbiż tagħna.” (1Ko 5:7) U bħalma d-demm tal-ħaruf madwar il-bibien salva l-ħajjiet, anki d-demm taʼ Ġesù jsalva l-ħajjiet. (Eżo 12:12, 13) Ukoll, ma kienet tinkiser ebda għadma tal-ħaruf tal-Qbiż. B’mod simili, lil Ġesù ma nkisritlu ebda għadma, avolja din kienet id-drawwa f’esekuzzjonijiet bħal dawn.—Eżo 12:46; Ġw 19:31-33, 36.