TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠWANNI 20-21
“Tħobbni int iktar minn dawn?”
Fi żminijiet tal-Bibbja, sajjieda taʼ suċċess kellhom il-paċenzja, kienu lesti li jaħdmu iebes, u kienu lesti jagħmlu sagrifiċċji biex jaqbdu qabda ħut tajba. (w12-E 8/1 18-20) Kwalitajiet bħal dawn kienu se jgħinu lil Pietru biex jirnexxi bħala sajjied tal-bnedmin. Però, Pietru kellu jiddeċiedi x’kien se jpoġġi l-ewwel f’ħajtu—ix-xogħol sekulari li kien iħobb jagħmel jew ix-xogħol li jitmaʼ spiritwalment is-segwaċi taʼ Ġesù.
Liema aġġustamenti għamilt sabiex tpoġġi l-interessi tas-Saltna l-ewwel?