TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KORINTIN 4-6
“Ma naqtgħux qalbna”
Immaġina żewġ familji jgħixu fl-istess binja li hi antika u f’kundizzjoni ħażina. Nistgħu nifhmu għala familja minnhom hi ddisprata. Imma ħaġa tal-iskantament, il-familja l-oħra hi ferħana. Għala? Għax it-tieni familja dalwaqt se titlaq minn hemm u tmur tgħix f’dar ġdida u sabiħa.
Għalkemm “il-ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-uġigħ flimkien,” il-qaddejja t’Alla għandhom tama li ssostnihom. (Rum 8:22) Aħna nafu li l-problemi li għandna fil-preżent, anki dawk li ilhom jifnuna għaxriet taʼ snin, huma ‘mumentanji u ħfief’ meta mqabblin mal-eternità fid-dinja l-ġdida t’Alla. Li niffokaw fuq il-barkiet futuri tas-Saltna se jgħinna biex inkunu ferħanin u ma naqtgħux qalbna.