TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 40-41
Ġeħova Jeħles lil Ġużeppi
Ġużeppi bata bħala lsir u bħala ħabsi għal madwar 13-il sena qabel ma Ġeħova ħelsu. Minflok ma żamm ir-rabja ġo fih, Ġużeppi tgħallem ħafna affarijiet tajbin minn dak li ġralu. (Sa 105:17-19) Hu kien jaf li Ġeħova qatt m’abbandunah. Ġużeppi kif għamel l-aħjar li setaʼ fis-sitwazzjoni tiegħu?
Hu ħadem iebes u kien taʼ min jafdah, allura Ġeħova bierku.—Ġen 39:21, 22
Hu wera qalb tajba maʼ oħrajn minflok ma pprova jpattiha lil dawk li ttrattawh ħażin.—Ġen 40:5-7
L-esperjenza taʼ Ġużeppi kif tgħinni nissaporti l-problemi tiegħi?
Sakemm Ġeħova jsalvani f’Armageddon, kif nistaʼ nagħmel l-aħjar li nistaʼ fis-sitwazzjoni tiegħi?