LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb22 Novembru p. 11
  • Kunu Fiduċjużi li Se Nsalvaw Meta Din is-Sistema Tispiċċa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kunu Fiduċjużi li Se Nsalvaw Meta Din is-Sistema Tispiċċa
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Materjal Simili
  • Ibqaʼ leali matul it-“tribulazzjoni kbira”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Is-Saltna t’Alla teqred l-għedewwa tagħha
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Armageddon—Aħbar tajba!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • “Qorob il-ħelsien tagħkom”!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
mwb22 Novembru p. 11
Ħu jistudja l-ktieb “Pure Worship of Jehovah—Restored At Last!” Hu jimmaġina l-anġlu taʼ Ġeħova jipproteġi grupp taʼ nies t’Alla f’Armageddon.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kunu Fiduċjużi li Se Nsalvaw Meta Din is-Sistema Tispiċċa

Dalwaqt, il-paċenzja li qed jieħu Ġeħova b’din id-dinja se tispiċċa. Ir-reliġjon falza se tinqered, grupp taʼ nazzjonijiet li jingħaqdu flimkien se jattakkaw lill-poplu t’Alla, u Ġeħova se jeqred lill-ħżiena f’Armageddon. Il-Kristjani jħarsu ’l quddiem għal dawn il-ġrajjiet eċitanti.

Bla dubju, aħna ma nafux id-dettalji kollha dwar it-tribulazzjoni l-kbira. Pereżempju, ma nafux eżatt meta se tibda. Ma nafux x’raġunijiet se jagħtu l-qawwiet politiċi biex jiġġustifikaw l-attakk tagħhom fuq ir-reliġjon. Ma nafux kemm se jdum l-attakk tan-nazzjonijiet fuq il-poplu t’Alla jew x’se jinkludi. Ukoll, ma nafux il-mezz preċiż li Ġeħova se juża biex jeqred lill-ħżiena f’Armageddon.

Madankollu, l-Iskrittura tagħtina l-informazzjoni kollha li għandna bżonn biex niffaċċjaw il-futur b’fiduċja u b’kuraġġ. Pereżempju, aħna nafu li qed ngħixu fl-aħħar tal-“aħħar jiem.” (2Ti 3:1) Aħna nafu li l-attakk fuq ir-reliġjon se ʼjitqassarʼ biex ir-reliġjon vera ma tinqeridx. (Mt 24:22) Aħna nafu li Ġeħova se jsalva lill-poplu tiegħu. (2Pt 2:9) U nafu li l-Wieħed li Ġeħova għażel biex jeqred lill-ħżiena u jsalva lill-folla l-kbira minn Armageddon hu ġust u b’saħħtu.—Ri 19:11, 15, 16.

Il-ġrajjiet futuri żgur li se jġiegħlu lin-nies “iħosshom ħażin bil-biżaʼ.” Però, billi naqraw u nimmeditaw fuq atti taʼ salvazzjoni li għamel Ġeħova fil-passat u fuq dak li rrivela dwar il-futur, aħna nistgħu ‘nqumu dritti u ngħollu rasna ’l fuq,’ fiduċjużi li s-salvazzjoni tagħna hi qrib.—Lq 21:26, 28.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja