LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w21 Jannar p. 31
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Materjal Simili
  • Alla Għandu Isem?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Huwa Ħażin li Tippronunzja l-​Isem t’Alla?
    Stenbaħ!—1999
  • L-isem t’Alla
    Stenbaħ!—2017
  • L-​Isem Divin​—L-​Użu u t-​Tifsira Tiegħu
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
w21 Jannar p. 31
Isem Alla mnaqqax fuq ġebla.

Il-kliem imnaqqax fuq il-ġebla “Misħut ikun Hagaf iben Hagav minn Jaħweh Sabaot”

Kont Taf?

Kliem imnaqqax fuq ġebla kif jikkonferma dak li tgħid il-​Bibbja?

F’MUŻEW li jismu Bible Lands, li qiegħed f’Ġerusalemm, hemm ġebla bil-​kliem imnaqqax fuqha li kien inkiteb madwar 700-​600 sena qabel Kristu (QK). Din il-​ġebla nstabet f’għar li kien jintuża bħala qabar, mhux ’il bogħod minn Ħebron f’Iżrael. Il-​kitba mnaqqxa tgħid: “Misħut ikun Hagaf iben Hagav minn Jaħweh Sabaot.” Din il-​kitba kif tikkonferma dak li tgħid il-​Bibbja? Din turi li isem Alla, Ġeħova, miktub bl-​Ebrajk JĦWH, kien magħruf sew u n-​nies kienu jużawh fil-​ħajja taʼ kuljum fi żminijiet Bibliċi. Fil-​fatt, instab kliem ieħor imnaqqax min-​nies li kienu jmorru jiltaqgħu u jistaħbew hemmhekk. Spiss, huma kitbu mal-​ħitan isem Alla, flimkien maʼ ismijiet persunali li kienu jinkludu l-​isem t’Alla.

Dwar dawn is-​sejbiet, Dr. Rachel Nabulsi mill-​Università taʼ Georgia qalet: “L-​isem JĦWH jidher ħafna drabi f’dawn il-​kitbiet. Dan jgħallimna ħafna. . . . Kitbiet Bibliċi u kitbiet imnaqqxin juru l-​importanza taʼ JĦWH fil-​ħajja tan-​nies f’Iżrael u Ġuda.” Dan jikkonferma dak li hemm miktub fil-​Bibbja, fejn l-​isem t’Alla, miktub bl-​Ebrajk JĦWH, jidher eluf taʼ drabi. Spiss ismijiet persunali kienu jinkludu l-​isem t’Alla.

Il-​kliem “Jaħweh Sabaot,” imnaqqax fuq din il-​ġebla, ifisser “Ġeħova tal-​armati.” Milli jidher fi żminijiet Bibliċi, in-​nies mhux biss kienu jużaw l-​isem t’Alla imma wkoll l-​espressjoni “Ġeħova tal-​armati.” Dan jikkonferma wkoll għala l-​Bibbja tuża l-​espressjoni “Ġeħova tal-​armati” iktar minn 270 darba fl-​Iskrittura Ebrajka, l-​iktar fil-​kotba taʼ Isaija, Ġeremija, u Żakkarija.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja