LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 11/15 p. 15
  • Mistoqsijiet mill-qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Afda fil-Mexxej attiv tagħna—Il-Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • It-“Testment il-Qadim” Kemm Hu taʼ Min Jemmnu?
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Is-Swar taʼ Ġeriko
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 11/15 p. 15
Qassis idoqq qarn tal-imtaten, Ġożwè jgħajjat għajta tal-gwerra, u s-swar taʼ Ġeriko jibdew jaqgħu

Mistoqsijiet mill-​qarrejja

L-​arkeoloġi x’sabu li juri li Ġeriko ġiet mirbuħa fi żmien qasir?

Ġożwè 6:10-​15, 20 jgħid li s-​suldati Iżraelin immarċjaw madwar il-​belt taʼ Ġeriko darba kuljum għal sitt ijiem. Fis-​sebaʼ jum, daru mal-​belt sebaʼ darbiet. Imbagħad Alla waqqaʼ s-​swar b’saħħithom taʼ Ġeriko, u l-​Iżraelin ħadu lill-​belt taħt idejhom. Sabu l-​arkeoloġi xi ħaġa li turi li l-​assedju taʼ Ġeriko sar fi żmien qasir, eżatt bħalma tgħid il-​Bibbja?

Fi żmien il-​qedem, belt kienet tkun qed tiġi assedjata meta armata ddawwar is-​swar u tkun lesta biex tattakka. Jekk assedju kien idum għaddej, in-​nies fil-​belt kienu jieklu l-​maġġorparti tal-​ikel li jkunu ħażnu. Meta s-​suldati fl-​aħħar kien jirnexxilhom jirbħu l-​belt, huma kienu jkaxkru kulma kienu jsibu, inkluż kull ikel li jitħalla. Huwa għalhekk li l-​arkeoloġi ma sabux ħafna ikel jew xejn affattu fil-​fdalijiet tal-​bliet tal-​Palestina li ġew attakkati b’dan il-​mod. Imma l-​fdalijiet taʼ Ġeriko kienu differenti. Ġurnal jgħid: “L-​iktar ħaġa li sabu mill-​fdalijiet, apparti affarijiet tal-​fuħħar, kien il-​qamħ.” Ikompli jgħid: “Ma kienx normali li ssib dak l-​ammont kbir taʼ qamħ.”—Biblical Archaeology Review.

Il-​Bibbja tgħid li l-​Iżraelin ma ħadu xejn mill-​ikel taʼ Ġeriko għax Ġeħova kien ikkmandahom biex ma jiħdux. (Ġożwè 6:17, 18) Tgħid ukoll li l-​Iżraelin attakkaw lil Ġeriko fir-​Rebbiegħa, eżatt wara l-​ħsad, meta kien hemm ħafna qamħ maħżun fil-​belt. (Ġożwè 3:15-​17; 5:10) Allura l-​fatt li kien għad hemm ħafna qamħ f’Ġeriko wara l-​assedju jikkonferma li l-​assedju ma damx għaddej, eżatt bħalma tgħid il-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja