Werrej
IL-ĠIMGĦA MID-29 T’AWWISSU–4 TAʼ SETTEMBRU
3 Fittex is-Saltna, mhux l-affarijiet materjali
Ġesù għallimna nfittxu l-ewwel is-Saltna, mhux l-affarijiet materjali. Kif nistgħu nevitaw li nkunu persuni materjalistiċi u ngħixu ħajja sempliċi ħalli nkunu nistgħu nagħtu l-aħjar tagħna lil Ġeħova? Se nikkunsidraw Mattew 6:25-34 u se nitgħallmu mill-kliem inkuraġġanti taʼ Ġesù li nsibu f’din il-parti tal-Prietka taʼ fuq il-Muntanja.
IL-ĠIMGĦA MILL-5-11 TAʼ SETTEMBRU
10 Għala għandna ‘nibqgħu għassa’?
Hemm bżonn li noqogħdu attenti għat-twissija taʼ Ġesù sabiex ‘nibqgħu għassa’ f’dawn l-aħħar jiem. (Mattew 24:42) Huwa għalhekk li għandna bżonn nevitaw influwenzi li jistgħu jwaqqfuna milli nibqgħu attenti. Dan l-artiklu jispjega kif nistgħu nagħmlu dan.
IL-ĠIMGĦA MIT-12-18 TAʼ SETTEMBRU
16 Grati li nirċievu l-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla
IL-ĠIMGĦA MID-19-25 TAʼ SETTEMBRU
22 Xandar l-aħbar tajba tal-qalb tajba mhix mistħoqqa
Dawn iż-żewġ artikli jiddeskrivu ħafna mill-modi taʼ kif nibbenefikaw mill-qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ Ġeħova. Dawn jinkuraġġuna wkoll biex nuru l-gratitudni tagħna lejn Ġeħova billi ngħidu lil oħrajn kif huma wkoll jistgħu jibbenefikaw mir-rigal ġeneruż tal-qalb tajba tiegħu.