LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w16 Awwissu p. 32
  • Mistoqsijiet mill-​qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-​qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Materjal Simili
  • Il-Liġi Qabel Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • X’Inhu Li Jniġġes lil Bniedem?
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • X’inhu dak li verament iniġġes lil persuna?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Tgħallem Int Bħalma Għallem Ġesù?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
w16 Awwissu p. 32
Fariżew qed jaħsel idejh skont ir-ritwal u jħares bi tmaqdir lejn raġel li diġà beda jiekol

Mistoqsijiet mill-​qarrejja

Il-​ħasil tal-​idejn għala kien kwistjoni taħraq għall-​għedewwa taʼ Ġesù?

Dan kien biss wieħed mill-​ħafna affarijiet li Ġesù u d-​dixxipli tiegħu kienu jiġu kkritikati dwarhom mill-​għedewwa taʼ Ġesù. Il-​Liġi Mosajka spjegat x’inhu li jagħmel lil dak li jkun mhux nadif, bħal pereżempju, it-​tisfija li toħroġ mill-​ġisem, il-​ġdiem, jew li wieħed imiss iġsma mejtin taʼ nies jew t’annimali. Il-​Liġi tat ukoll istruzzjonijiet dwar kif persuna setgħet tindaf. Dan setaʼ jsir permezz taʼ sagrifiċċju, ħasil, jew traxxix.—Levitiku, kapitli 11-​15; Numri, kapitlu 19.

L-​għalliema Lhud, magħrufin ukoll bħala rabbini, żiedu r-​regoli tagħhom maʼ dawn il-​liġijiet. Sors wieħed jgħid li r-​rabbini żiedu iżjed regoli dettaljati dwar x’inhu li jagħmel lil dak li jkun mhux nadif u kif hu nnifsu jistaʼ jagħmel lil oħrajn isiru mhux nodfa. Ir-​rabbini għamlu wkoll regoli dwar liema għodod u oġġetti setgħu jew ma setgħux isiru mhux nodfa, u wkoll liema ritwali kellhom in-​nies isegwu biex jerġgħu jsiru ndaf.

L-​għedewwa taʼ Ġesù staqsewh: “Id-​dixxipli tiegħek għala ma jimxux mat-​tradizzjoni taʼ dawk taʼ qabilna, imma jieklu b’idejhom imniġġsin?” (Marku 7:5) Dawk il-​Fariżej ma kinux qed jirreferu għal iġjene tajba, jiġifieri, li wieħed jaħsel idejh qabel jiekol. Il-​Fariżej kienu għamlu r-​regola li qabel ma wieħed jiekol, kellu jitferraʼ l-​ilma fuq idejh bħala parti minn ritwal. Dan is-​sors li ssemma qabel, iżid jgħid li r-​rabbini “wkoll argumentaw dwar liema reċipjenti għandhom jintużaw biex iferrgħu minnhom, x’tip taʼ ilma għandu jintuża, min għandu jferraʼ, u sa fejn l-​idejn għandhom jixxarrbu bl-​ilma.”

Ġesù kif irreaġixxa għal dawn il-​liġijiet miżjudin min-​nies? Hu qal lill-​mexxejja reliġjużi Lhud li huma kienu ipokriti u li Ġeħova kien qal permezz tal-​profeta Isaija: “Dan il-​poplu jonorani b’xofftejh, imma qalbu mbiegħda minni. Għalxejn jagħtuni qima, għax jgħallmu bħala duttrini l-​kmandi tal-​bnedmin.” Imbagħad Ġesù żied jgħid: “Intom titilqu l-​kmandament t’Alla u żżommu sod mat-​tradizzjoni tal-​bnedmin.”—Marku 7:6-​8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja