LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w17 Frar p. 31-p. 32 para. 3
  • Mistoqsijiet mill-​qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-​qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Materjal Simili
  • Kif Għandna Nqisuhom il-Provi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Ġeħova Jgħinna Nissaportu l-Provi Tagħna
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Kif Tibqaʼ Ferħan Meta Tiffaċċja l-​Provi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Minkejja l-Provi, Iggranfa mal-Fidi Tiegħek!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
w17 Frar p. 31-p. 32 para. 3

Mistoqsijiet mill-​qarrejja

L-​appostlu Pawlu kiteb li Ġeħova “ma jħallikomx tiġu ttantati iktar milli tifilħu.” (1 Korintin 10:13) Ifisser dan li Ġeħova jiddeċiedi minn qabel x’nifilħu nissaportu u mbagħad jagħżel liema provi se niffaċċjaw?

Pereżempju, it-​tifel taʼ wieħed ħu għamel suwiċidju. Il-​missier kellu qalbu maqsuma. Hu beda jaħseb jekk Ġeħova kienx ħares fil-​futur u ddeċieda li hu u martu kienu se jkunu kapaċi jissaportu din it-​traġedja. F’din is-​sistema, ħafna minna se jiffaċċjaw it-​traġedji. Allura għandna nemmnu li Ġeħova jikkontrolla kulma jiġri fil-​ħajja tagħna?

Hekk kif neżaminaw l-​1 Korintin 10:13, se naraw li l-​Bibbja ma tappoġġjax l-​idea li Ġeħova jaf minn qabel x’nifilħu nissaportu u mbagħad jiddeċiedi liema provi se jkollna. Għala nistgħu ngħidu dan? Ejja neżaminaw erbaʼ raġunijiet.

L-​ewwel, Ġeħova ta lill-​bnedmin ir-​rieda ħielsa, il-​libertà li jagħmlu għażliet. Hu jridna nieħdu d-​deċiżjonijiet tagħna stess. (Dewteronomju 30:19, 20; Ġożwè 24:15) Jekk nagħżlu li nieħdu deċiżjonijiet li jogħġbu lil Ġeħova, aħna nistgħu nistrieħu fuqu biex jiggwidana. (Proverbji 16:9) Iżda meta nieħdu deċiżjonijiet ħżiena, ikollna ngħixu bil-​konsegwenzi. (Galatin 6:7) Allura jekk Ġeħova għażel il-​provi li għaddejna minnhom, kien se jkollna verament rieda ħielsa?

It-​tieni, Ġeħova ma jipproteġiniex minn “ġrajjiet mhux mistennijin.” (Ekkleżjasti 9:11) Persuna jistaʼ jkollha aċċident traġiku sempliċiment għax tinzerta tkun fil-​post ħażin fil-​ħin ħażin. Ġesù tkellem dwar aċċident li fih 18-​il persuna nqatlu meta torri waqaʼ fuqhom. Hu għamilha ċara li Alla ma kkaġunax il-​mewt tagħhom. (Luqa 13:1-​5) Mhuwiex loġiku li nemmnu li qabel ma jiġri aċċident, Alla jiddeċiedi min se jgħix u min se jmut.

It-​tielet, kull wieħed minna għandu jżomm l-​integrità tiegħu lejn Ġeħova. Satana qal li l-​qaddejja taʼ Ġeħova jaqdu Lilu minħabba dak li Hu jagħtihom. Satana sostna li aħna ma konniex se nibqgħu leali lejn Ġeħova jekk nesperjenzaw il-​provi. (Ġob 1:9-​11; 2:4; Rivelazzjoni 12:10) Kieku Ġeħova jipproteġina minn ċerti provi, jistaʼ jidher bħallikieku Satana kellu raġun.

Ir-​rabaʼ, Ġeħova ma jagħżilx li jkun jaf minn qabel dak kollu li se jiġrilna. M’għandniex xi ngħidu, Ġeħova jistaʼ jkun jaf x’se jiġri fil-​futur jekk irid. (Isaija 46:10) Imma l-​Bibbja turi li ma jagħżilx li jkun jaf kollox minn qabel. (Ġenesi 18:20, 21; 22:12) Ġeħova hu Alla li jħobb u ġust, allura ma jindaħalx fil-​libertà li għandna biex nagħmlu l-​għażliet tagħna stess.—Dewteronomju 32:4; 2 Korintin 3:17.

Allura, Pawlu x’ried ifisser meta qal li Ġeħova “ma jħallikomx tiġu ttantati iktar milli tifilħu”? Hawn, Pawlu kien qed jiddeskrivi x’jagħmel Ġeħova matul il-​provi, u mhux qabilhom.a (Ara n-​nota taʼ taħt.) Jekk nafdaw f’Ġeħova, hu se jgħinna ngħaddu minn kwalunkwe prova f’ħajjitna. (Salm 55:22) Issa se neżaminaw żewġ raġunijiet għala Pawlu setaʼ jgħid dan.

L-​ewwel raġuni hi li l-​provi li ngħaddu minnhom jiġu fuq “il-​bnedmin kollha.” Sakemm indumu ngħixu fis-​sistema taʼ Satana, ilkoll se nesperjenzaw sitwazzjonijiet diffiċli, forsi anke traġedji. Imma jekk nistrieħu fuq Ġeħova, aħna nistgħu nissaportu dawn il-​provi u nibqgħu leali. (1 Pietru 5:8, 9) Iktar kmieni fl-​1 Korintin kapitlu 10, Pawlu kiteb dwar xi ftit mill-​provi li l-​Iżraelin kellhom fix-​xagħri. (1 Korintin 10:6-​11) Dawk li straħu fuq Ġeħova setgħu jissaportu dawn il-​provi. Iżda xi Iżraelin m’obdewx lil Ġeħova. Huma ma baqgħux leali għax ma straħux fuqu.

It-​tieni raġuni hi li “Alla hu leali.” Dan xi jfisser? Meta nqisu kif Ġeħova ħa ħsieb il-​qaddejja tiegħu matul l-​istorja, naraw li hu lealment jgħin lil “dawk li jħobbuh u dawk li jħarsu l-​kmandamenti tiegħu.” (Dewteronomju 7:9) Aħna nitgħallmu li Ġeħova dejjem iżomm il-​wegħdi tiegħu. (Ġożwè 23:14) Nistgħu nkunu ċerti li (1) Ġeħova mhux se jħalli xi prova ssir tant diffiċli li ma nkunux nistgħu nissaportuha, u (2) hu ‘jiftaħ it-​triq’ għalina.

Oħt taqra l-Bibbja, titlob, u tiltaqaʼ maʼ żewġ anzjani

Ġeħova “jfarraġna fit-​tribulazzjoni kollha tagħna”

Ġeħova kif ‘jiftaħ it-​triq’ għal dawk li jafdaw fih? M’għandniex xi ngħidu, hu jistaʼ jneħħi l-​prova. Imma ftakar, Pawlu qal li Ġeħova se “jiftħilkom . . . it-​triq sabiex tkunu tistgħu tissaportuha.” B’hekk, Ġeħova spiss jiftħilna t-​triq billi jsaħħaħna sabiex inkunu nistgħu nibqgħu leali. Ejja niddiskutu xi ftit mill-​modi kif jagħmel dan.

  • Ġeħova “jfarraġna fit-​tribulazzjoni kollha tagħna.” (2 Korintin 1:3, 4) Hu jistaʼ jikkalma lil moħħna, qalbna, u l-​emozzjonijiet tagħna permezz tal-​Bibbja, l-​ispirtu qaddis tiegħu, u l-​ilsir leali.—Mattew 24:45; Ġwanni 14:16; Rumani 15:4.

  • Ġeħova jistaʼ juża l-​ispirtu qaddis tiegħu biex jiggwidana. (Ġwanni 14:26) L-​ispirtu qaddis jistaʼ jgħinna niftakru rakkonti u prinċipji Bibliċi biex inkunu nistgħu nieħdu deċiżjonijiet għaqlin.

  • Ġeħova jistaʼ juża lill-​anġli tiegħu biex jgħinna.—Ebrej 1:14.

  • Ġeħova jistaʼ juża lil ħutna biex jgħinna. Huma jistgħu jsaħħuna b’dak li jgħidu u jagħmlu.—Kolossin 4:11.

Allura, x’tgħallimna mill-​kliem taʼ Pawlu li nsibu fl-​1 Korintin 10:13? Ġeħova ma jagħżilx liema provi ngħaddu minnhom. Imma nistgħu nkunu ċerti li jekk nafdaw f’Ġeħova, aħna nistgħu nissaportu kwalunkwe prova. Nafu li Ġeħova dejjem se jiftħilna t-​triq sabiex inkunu nistgħu nibqgħu leali lejh.

a Il-​kelma Griega tradotta “tentazzjoni” tfisser ukoll “test,” jew “prova.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja