LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w17 Diċembru p. 31-p. 32 para. 3
  • Mistoqsijiet mill-qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Materjal Simili
  • Il-Proċess Meraviljuż tat-Twelid
    Stenbaħ!—2011
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
w17 Diċembru p. 31-p. 32 para. 3
Koppja tagħmel riċerka dwar l-użu taʼ IUD (intrauterine device)

Mistoqsijiet mill-qarrejja

Huwa l-​IUD (intrauterine device, jew kojl) mezz taʼ kontroll tat-​twelid li l-​Kristjani għandhom mnejn jużaw?

Dwar din il-​kwistjoni kull koppja Kristjana għandha tieħu deċiżjoni li se tippermettilhom ikollhom kuxjenza tajba. Sabiex jagħmlu dan, huma għandhom jikkunsidraw bir-​reqqa kif jaħdmu l-​IUDs u liema prinċipji tal-​Bibbja huma involuti.

Ġeħova kkmanda lil Adam u Eva u iktar tard lil Noè u lill-​familja tiegħu: “Nisslu u oktru.” (Ġenesi 1:28; 9:1) Il-​Bibbja ma tgħidx li l-​Kristjani jeħtieġu li jobdu dan il-​kmand. Allura, kull koppja għandha tiddeċiedi jekk jużawx xi mezz taʼ kontroll tat-​twelid biex jillimitaw id-​daqs tal-​familja tagħhom jew jiddeterminaw meta jkollhom it-​tfal. Liema fatturi għandhom jikkunsidraw?

Il-​Kristjani għandhom jibbażaw kwalunkwe deċiżjoni dwar il-​kontroll tat-​twelid fuq prinċipji Bibliċi. Għal din ir-​raġuni, huma qatt ma jużaw l-​abort bħala mezz taʼ kontroll tat-​twelid. Abort ippjanat itemm tqala, illi kieku tħalliet tkompli, ġeneralment kienet twassal għal twelid taʼ tarbija. L-​abort imur kontra dak li tgħid il-​Bibbja dwar ir-​rispett lejn il-​ħajja. (Eżodu 20:13; 21:22, 23; Salm 139:16; Ġeremija 1:5) Xi ngħidu dwar l-​użu tal-​IUD?

It-​Torri tal-​Għassa bl-​Ingliż tal-​15 taʼ Mejju 1979 (paġni 30-​31), eżamina din il-​kwistjoni. Il-​biċċa l-​kbira tal-​IUDs li kienu komuni dak iż-​żmien kienu oġġetti tal-​plastik impoġġijin fl-​utru (ġuf) biex ma jħallux li jkun hemm tqala. L-​artiklu spjega li ma kienx kompletament ċar kif kienu jaħdmu IUDs bħal dawn. Ħafna xjentisti qalu li l-​IUDs ma ħallewx l-​isperma tasal sal-​bajd tal-​mara u tiffertilizzahom. Jekk bajda ma kinitx tiffertilizza, ħajja ġdida ma kinitx tibda.

Madankollu, kien hemm xi evidenza li bajda setgħet kultant tiġi fertilizzata. Il-​bajda li tkun għadha kif ġiet fertilizzata setgħet tikber f’tubu Fallopjan (tqala ektopika, jew barra mill-​utru) jew setgħet tmur fil-​ġuf. Kieku kellha tasal sal-​ġuf, l-​IUD setaʼ jwaqqaf il-​bajda fertilizzata milli teħel mal-​inforra tal-​ġuf, u t-​tqala kienet tintemm. Dan kien ikun qisu abort. L-​artiklu kkonkluda: “Il-​Kristjan sinċier li hu konċernat dwar jekk hux xieraq li jintuża l-​IUD għandu jiżen bis-​serjetà informazzjoni bħal din skont ir-​rispett għall-​qdusija tal-​ħajja bbażat fuq il-​Bibbja.”—Salm 36:9.

Imma mill-​1979 ’l hawn, meta dan l-​artiklu ġie ppubblikat, saru ħafna żviluppi fil-​mediċina u x-​xjenza.

Żewġ tipi oħra taʼ IUDs huma issa disponibbli. Tip wieħed jinkludi r-​ram u sar disponibbli fl-​Istati Uniti kollha sal-​1988. Tip ieħor jerħi ormon u beda jinbiegħ fl-​2001. Aħna x’nafu dwar kif jaħdmu dawn iż-​żewġ tipi taʼ IUDs?

Ram: Kif diġà ssemma, l-​IUDs jagħmluha diffiċli għall-​isperma biex tibqaʼ ħajja meta tgħaddi mill-​utru biex tasal sa bajda. Flimkien maʼ dan, fl-​IUDs li fihom ir-​ram, ir-​ram jidher li hu tossiku għall-​isperma, allura jaġixxi bħala spermiċida.a (Ara n-​nota taʼ taħt.) Ukoll, IUDs bħal dawn ibiddlu l-​inforra tal-​utru.

Ormon: Tip ieħor taʼ IUD fih ormon simili għal dak misjub fil-​pilloli tal-​kontroll tat-​twelid. Dan l-​IUD jaħdem bħall-​IUDs taʼ qabel, imma wkoll jerħi l-​ormon fl-​utru. Għal ċerti nisa, dan iwaqqfilhom l-​ovulazzjoni, jew li tinqataʼ bajda. M’għandniex xi ngħidu, jekk bajda ma tinqatax ma tistax tiġi fertilizzata. Ukoll, dan l-​IUD iraqqaq l-​inforra tal-​utru.b (Ara n-​nota taʼ taħt.) Flimkien maʼ dan, iħaxxen il-​likwidu, jew mukus, fl-​għonq tal-​utru. Dan il-​mukus ma jħallix l-​isperma tgħaddi mill-​vaġina għal ġol-​utru.

Bħalma diġà ssemma, iż-​żewġ tipi taʼ IUDs għandhom tendenza li jbiddlu l-​inforra tal-​utru. Dan ifisser li jekk mara tinqatgħalha bajda u din tiġi fertilizzata, il-​bajda għandha mnejn tidħol fl-​utru iżda ma jirnexxilhiex teħel għax l-​inforra tal-​utru tkun inbidlet jew irqaqet. Dan kieku jtemm it-​tqala fil-​bidu tal-​proċess tagħha. Madankollu, ix-​xjentisti jemmnu li dan rari jiġri, u jistaʼ kultant jiġri wkoll bil-​pilloli tal-​kontroll tat-​twelid.

Allura ħadd ma jistaʼ jkun ċert li l-​IUDs tar-​ram jew tal-​ormon qatt ma jħallu bajda tiġi fertilizzata. Madankollu, riċerka xjentifika turi li minħabba li IUDs bħal dawn jaħdmu bil-​modi msemmijin hawn fuq li ma jħallux bajda tiġi fertilizzata, ikun rari li jħallu mara toħroġ tqila.

Koppja Kristjana li jridu jużaw IUD għandhom mnejn jiddiskutu dan mat-​tabib tagħhom. Hu jew hi tistaʼ tgħidilhom liema prodotti taʼ IUD huma disponibbli fejn jgħixu kif ukoll il-​benefiċċji u r-​riskji li jistaʼ jkun hemm għall-​mara. Il-​koppja m’għandhomx jistennew jew iħallu lil xi ħadd ieħor, lanqas lil tabib, jiddeċiedi x’jagħmlu. (Rumani 14:12; Galatin 6:4, 5) Din hija deċiżjoni personali li huma għandhom jieħdu bħala koppja. Il-​mira tagħhom għandha tkun li jogħġbu lil Alla u li jkollhom kuxjenza nadifa.—Qabbel l-​1 Timotju 1:18, 19; 2 Timotju 1:3.

a Gwida mill-​England National Health Service tgħid: “IUDs li fihom iżjed ram huma iktar minn 99 fil-​mija effettivi. Dan ifisser li inqas minn mara waħda f’100 li jużaw IUD se toħroġ tqila f’sena waħda. L-​IUDs b’inqas ram ikunu inqas effettivi.”

b Minħabba li l-​IUD tal-​ormon iraqqaq l-​inforra tal-​utru, it-​tobba kultant jiktbuh biex jittieħed minn nisa miżżewġin u xebbiet għall-​kontroll taʼ period qawwi ħafna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja