Werrej
IL-ĠIMGĦA MIS-26 TAʼ FRAR–4 TAʼ MARZU
3 “Jagħti l-qawwa lill-għajjien”
X’għandna nagħmlu meta nħossu li l-problemi li għandna jkunu diffiċli wisq biex nissaportuhom? F’dan l-artiklu se niddiskutu l-iskrittura għas-sena 2018. Se nitgħallmu għala għandna bżonn is-saħħa mingħand Ġeħova u kif se jagħtihielna.
IL-ĠIMGĦA MILL-5-11 TAʼ MARZU
9 Unità mill-isbaħ u t-Tifkira
Din is-sena, it-Tifkira tal-mewt taʼ Kristu se tkun is-Sibt, 31 taʼ Marzu 2018. Kif nistgħu nippreparaw minn issa għal din il-ġrajja? Kif se nibbenefikaw milli nkunu hemm? U t-Tifkira kif tgħin biex tgħaqqad il-poplu t’Alla madwar id-dinja kollha? F’dan l-artiklu se nsiru nafu t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet.
IL-ĠIMGĦA MIT-12-18 TAʼ MARZU
15 X’nistgħu nagħtu lill-Wieħed li għandu kollox?
Dak kollu li għandna ġej mingħand Ġeħova. Imma hu jagħtina l-opportunità biex nagħtuh lura, jiġifieri, li nużaw dak li għandna biex nappoġġjaw ix-xogħol tal-organizzazzjoni tiegħu. Għala? Kif nibbenefikaw meta nonoraw lil Ġeħova bl-affarijiet prezzjużi tagħna? F’dan l-artiklu se niddiskutu dawn il-mistoqsijiet.
IL-ĠIMGĦA MID-19-25 TAʼ MARZU
21 Liema tip taʼ mħabba ġġib ferħ veru?
IL-ĠIMGĦA MIS-26 TAʼ MARZU–1 TʼAPRIL
27 Ara d-differenza fin-nies
L-ewwel minn dawn iż-żewġ artikli jiddiskuti kif il-ferħ veru jiġi milli nħobbu lil Alla u mhux mill-imħabba egoista li hi komuni “fl-aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1) It-tieni wieħed jispjega kif il-poplu t’Alla hu differenti ħafna mill-biċċa l-kbira tan-nies illum.