LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 4/8 p. 25
  • Minn Ġebla għal Ħaġra Prezzjuża

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Minn Ġebla għal Ħaġra Prezzjuża
  • Stenbaħ!—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Minn Ġebla għal Ħaġra Prezzjuża
  • Għala d-​Djamanti Jqumu Daqshekk?
    Stenbaħ!—1997
  • Int Tistaʼ Tagħmel Progress Spiritwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Stenbaħ!—1999
g99 4/8 p. 25

Minn Ġebla għal Ħaġra Prezzjuża

Minn korrispondent taʼ Stenbaħ! fil-​Belġju

MINĦABBA l-​ġmiel straordinarju tagħha, ilha żmien twil kunsidrata bħala waħda mill-​ħaġar prezzjuż favoriti. Minħabba l-​ebusija tagħha​—fil-​fatt hija l-​iktar sustanza naturali iebsa li jaf biha l-​bniedem—​tintuża ħafna fl-​għodod u fil-​makkinarju. Din il-​ħaġra li ssaħħrek hija d-​djamant.

Xi djamanti famużi huma s-​suġġett taʼ ħrejjef affaxxinanti. Dak imsejjaħ Koh-i-noor, li jfisser “Muntanja taʼ Dawl,” instab fl-​Indja, xi sebaʼ sekli ilu. Oriġinalment, din il-​ġebla kollha ħotob kienet tiżen 191 karat, imma iktar tard ġiet maqtugħa u saret tiżen 109 karati.a Imbagħad hemm ukoll il-​Cullinan, li jagħmel parti mill-​ġojjelli tal-​kuruna Britannika u huwa l-​akbar djamant li qatt instab u nħadem.

Minn Ġebla għal Ħaġra Prezzjuża

Id-​djamanti ma jkunux ħaġar sabiħ mill-​ewwel. Il-​biċċa l-​kbira minnhom iridu jiġu skavati minn ġo l-​art. Bħala medja, iridu jħaffru u jgħarblu 250 tunnellata ġebel u materjal ieħor biex jiksbu karat wieħed taʼ djamant pur. Mill-​40 jew 50 miljun karat li jiġu skavati kull sena, frazzjoni żgħira biss minnhom ikunu tajbin biex jagħmluhom ġojjelli.

Djamanti mhux irfinuti jridu jintgħażlu skond id-​daqs, il-​purità, il-​kulur, u l-​forma tagħhom. Fl-​istat naturali tagħhom, tistaʼ tgħid id-​djamanti kollha jkollhom l-​impuritajiet. Imma xi kultant, xi sezzjoni jistaʼ ma jkollhiex jew tkun relattivament ħielsa mill-​impuritajiet. F’każi bħal dawn, il-​parti li ma jkollhiex impuritajiet tiġi iżolata billi tinqataʼ barra jew tiġi sserrata. Meta jkunu involuti djamanti kbar li jiswew ħafna flus, nies tas-​sengħa xi drabi jdumu jiddeliberaw xhur sħaħ qabel ma jaqtgħu. U bir-​raġun kollu, meta tikkunsidra li żball wieħed waqt il-​qtugħ jistaʼ jnaqqas ferm il-​valur tad-​djamant jew saħansitra jirrovina l-​ħaġra kollha kemm hi.

Finalment, id-​djamant jikseb il-​faċċetti tiegħu permezz taʼ l-​illostrar, li jrid jaqbel mal-​forma tad-​djamant. Dawn il-​faċċetti jżejnu lill-​ħaġra prezzjuża bil-​kapaċità li tirrifletti d-​dawl, u b’hekk id-​djamant jiġi jlellex, ħaġa li hu magħruf sew għaliha.

L-ewwel darba li xi djamant jattira l-​attenzjoni tiegħek bit-​tlellix u s-​sbuħija tiegħu, ftakar fix-​xogħol iebes tal-​ħaddiema tal-​minjieri u l-​preċiżjoni u s-​sengħa taʼ dawk li jaħdmuh. Mingħajrhom, id-​djamant qatt ma kien se jiġi trasformat minn ġebla qisha tal-​ħġieġ li ma fiha xejn speċjali għal ġojjell taʼ ġmiel li ma bħalu.

[Nota taʼ taħt]

a  Karat huwa mod kif jitkejjel l-​użin, li huwa ugwali għal 0.2 grammi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja