LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 7/8 pp. 12-14
  • Kif Nistaʼ Nkampa maʼ Dawk li Jwaqqgħuni għaċ-​Ċajt?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistaʼ Nkampa maʼ Dawk li Jwaqqgħuni għaċ-​Ċajt?
  • Stenbaħ!—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Jirridikolaw
  • Kif Tagħmel Difiża
  • Esprimi Ruħek
  • Fidi Testjata Hija Fidi Qawwija
  • Żgħażagħ—Jehovah Mhux Se Jinsa Dak Li Intom Għamiltu!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Kif Nistaʼ Nippriedka lil Sħabi taʼ l-Iskola?
    Stenbaħ!—2002
  • Għala Nibżaʼ Nitkellem Dwar ir-Reliġjon fl-Iskola?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Il-Fidi u r-Raġuni Huma Inkompatibbli?
    Stenbaħ!—2011
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 7/8 pp. 12-14

Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . .

Kif Nistaʼ Nkampa maʼ Dawk li Jwaqqgħuni għaċ-​Ċajt?

IŻ-​ŻGĦAŻAGĦ li jaġixxu jew jilbsu b’mod differenti minn dawk taʼ mparhom jistgħu jkunu vittmi taʼ twaqqigħ għaċ-​ċajt krudili. Dan hu minnu fost iż-​żgħażagħ Kristjani, li l-​kondotta tagħhom taʼ spiss hija ferm differenti minn dik taʼ żgħażagħ oħrajn. Kristu ma qalx dwar is-​segwaċi veri tiegħu: “Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll”?​—Ġwann 15:20.

Dan kif jeffettwahom liż-​żgħażagħ li huma Xhieda taʼ Jehovah? Xi wħud minnhom jiġu ridikolati minħabba li ma jiċċelebrawx ċerti btajjel; oħrajn jikkritikawhom talli ma jsellmux lill-​bandiera. Numru minnhom jiġu saħansitra attakkati talli ma jabbużawx mid-​droga, talli huma onesti, u minħabba li jappoġġaw il-​livelli morali tal-​Bibbja.

Din is-​sitwazzjoni m’hijiex xi waħda ġdida. Tabilħaqq, l-​appostlu Pietru qal lill-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu: “Issa li ma għadkomx titħalltu magħhom [man-nies tal-​ġnus] . . . jistgħaġbu bikom u jistkerrhukom.” (1 Pietru 4:4) Traduzzjonijiet oħrajn ipoġġuha, huma “jinfexxu fit-​tagħjir” (Saydon) jew, “jgħajrukom.”​—Karm Żammit.

Ġieli rridikolawk minħabba l-​konvinzjonijiet reliġjużi tiegħek? Jekk inhu hekk, agħmel kuraġġ. M’intix waħdek! U tieħu gost tkun taf li tistaʼ titgħallem kif tkampa mad-​dwejjaq li tħoss meta jwaqqgħuk għaċ-​ċajt minħabba l-​fidi tiegħek.

Għala Jirridikolaw

Xi wħud għala jirridikolaw lil dawk li t-​twemmin u l-​kondotta tagħhom huma differenti minn tagħhom stess? Xi drabi dawk li jirridikolaw​—l-​istess bħall-​bulijiet—​ma jħossuhomx żguri minnhom infushom. Huma għandhom mnejn iwaqqgħuk għaċ-​ċajt biex jidhru sbieħ quddiem sħabhom. X’aktarx, meta jkunu waħedhom, ftit minn dawn ikollhom interess​—jew kuraġġ—​jikkritikawk fil-​beraħ.

Mill-banda l-​oħra, xi wħud minn dawk li jirridikolaw, bħalma kiteb Pietru, “jistgħaġbu.” Iva, huma forsi ġenwinament ikunu konfużi dwar il-​kondotta tiegħek. Per eżempju, jekk int wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah, huma forsi sinċerament jaħsbu li hija xi ħaġa stramba li int ma tipparteċipax f’attivitajiet assoċjati maʼ ċerti btajjel. Għandhom mnejn saħansitra rċivew informazzjoni mgħawġa dwar ix-​Xhieda mingħand uħud li huma determinati li jopponu.

Hu x’inhu l-​każ, meta tiġi ffaċċjat minn bumbardament sħiħ taʼ kummenti taʼ tmaqdir, int forsi taqbel mal-​proverbju Bibliku: “Jeżisti l-​wieħed li qiegħed jitkellem bla ma jaħsibha bħal b’daqqiet taʼ sejf.” (Proverbji 12:​18, NW) Imma ftakar li dawk li jitkellmu b’dan il-​mod probabbilment m’humiex qed jagħmlu hekk għaliex int ma togħġobhomx bħala persuna. X’aktarx li jkunu qed jagħmlu eżatt dak li jistqarr il-​proverbju Bibliku​—‘jitkellmu bla ma jaħsbuha.’

Xorta waħda, li tiġi ridikolat jistaʼ jweġġaʼ, daqs li kieku qlajt daqqa taʼ sikkina. Int forsi saħansitra tħossok ittantat li tikkomprometti l-​fidi tiegħek biex twaqqaf dik ir-​ruxxmata insulti. Allura, kif tistaʼ tkampa meta jwaqqgħuk għaċ-​ċajt minħabba t-​twemmin tiegħek?

Kif Tagħmel Difiża

L-​appostlu Pietru wissa lill-​Kristjani: “Kunu dejjem lesti biex tagħtu tweġiba lil kull min jitlobkom il-​għala tat-​tama li għandkom; imma wieġbu bil-​ħlewwa u bir-​rispett.” (1 Pietru 3:​15, 16 [3:​15, NW]) Biex tagħmel difiża bħal din tal-​fidi tiegħek jirrikjedi li tieħu għarfien eżatt u li tifhem ir-​raġunijiet għat-​twemmin tiegħek.

Madankollu, trid titgħallem ukoll kif tesprimi ruħek maʼ oħrajn “bir-​rispett” jew, bħalma tpoġġiha The Bible in Basic English, “mingħajr kburija.” L-​għarfien li għandek tal-​Bibbja u t-​tagħlim tagħha m’għandux iġagħlek tħossok superjuri fuq oħrajn. Għall-​kuntrarju, int għandek tħabrek sabiex tikkultiva l-​attitudni taʼ l-​appostlu Pawlu, li kiteb rigward il-​ministeru tiegħu: “Jien għamilt lili nnifsi lsir taʼ kulħadd biex nirbaħ lil ħafna.”​—1 Korintin 9:19.

Jekk issib li qed tibżaʼ tagħmel difiża għall-​fidi tiegħek, tiddisprax. Ħafna Xhieda żgħażagħ ħassewhom hekk. “Meta kont għadni mmur l-​iskola primarja,” jgħid Jamal, “ma kontx naf kif se nispjega lill-​oħrajn għala ma kontx niċċelebra l-​btajjel jew insellem lill-​bandiera jew saħansitra għala kont noħroġ fil-​ministeru minn bieb għal bieb.” X’kien li għenu? “Missieri baqaʼ jgħinni sakemm fl-​aħħar stajt nispjega dawn l-​affarijiet, u dan għamel differenza kbira.” Jekk int issibha diffiċli biex tispjega t-​twemmin tiegħek lil oħrajn, forsi tistaʼ titlob l-​għajnuna taʼ xi ġenitur jew taʼ membru matur ieħor fil-​kongregazzjoni Kristjana biex jgħinuk tikseb fehma bir-​reqqa taʼ l-​għarfien t’Alla.​—Efesin 3:​17-19.

Waħda Xhud li għandha 16-il sena qalet li programm taʼ studju persunali tal-​Bibbja għenha tagħmel il-​kuraġġ biex tesprimi lilha nfisha fl-​iskola. “Qabel, meta sħabi tal-​klassi kienu jinkuni għax jien Xhud, ma kontx inkun naf x’se naqbad ngħidilhom,” tammetti hi. “Issa, bħala evanġelizzatriċi full-time, qed nistudjaha ħafna iżjed il-​Bibbja, u issa kapaċi nagħti tweġiba. Li nibqaʼ aġġornata maʼ l-​artikli reċenti fir-​rivisti Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! jgħinni biex nitkellem maʼ sħabi taʼ l-​iskola dwar it-​twemmin tiegħi.”

M’għandniex xi ngħidu, l-​ebda sitwazzjoni m’hi bħall-​oħra. Għalhekk, ċirkustanzi differenti jirrikjedu tweġibiet differenti. Madankollu, meta tiġi provokat b’xi kumment negattiv, qatt m’hu xieraq li ‘trodd deni b’deni.’ (Rumani 12:​17-21) Tweġiba insolenti, tkun kemm tkun spirituża, se sservi biss biex tiggrava s-​sitwazzjoni u tistaʼ saħansitra tinkuraġġixxi iktar twaqqigħ għaċ-​ċajt. Għaldaqstant, xi wħud sabuha aħjar li jinjoraw l-​insult.

F’xi każi, meta xi stqarrija ssir sempliċement biex iddaħħaq, jistaʼ jkun saħansitra prudenti li tidħaq bil-​kumment minflok ma tieħu għalik. (Koħèlet 7:9) Jekk dak li qed iwaqqgħek għaċ-​ċajt jara li kliemu ftit li xejn qed ikollu effett, għandu mnejn ma jibqax jattakkak.​—Qabbel Proverbji 24:29; 1 Pietru 2:23.

Esprimi Ruħek

Iżda, hemm xi drabi fejn jistaʼ jkun possibbli li tagħti xi spjegazzjoni qasira imma bit-​tattika tat-​twemmin tiegħek. Tfajla li għandha 13-il sena pprovat tagħmel dan u kellha riżultati meraviljużi. “Kont fi triqti lejn il-​klassi,” qalet hi, “meta diversi studenti bdew jirridikolaw lix-​Xhieda taʼ Jehovah. Jien xtaqt inweġibhom lura, imma huma sempliċement baqgħu għaddejjin u komplew jidħqu bija​—waħda biss m’aġixxietx bħalhom.” Din l-​istudenta Xhud spjegat: “Waħda tifla jisimha Jaimee daret lejja u qaltli li kellha l-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art.a Hi qaltli li kienet qratu kważi kollu u kienet interessata f’li tikseb iktar tagħrif dwar it-​twemmin tagħna. Bdejt nistudja l-​Bibbja maʼ Jaimee.” Inkuraġġita minn din l-​esperjenza, ix-​Xhud żagħżugħa bdiet tkellem lil żgħażagħ oħrajn. “Jien inżur regolarment lil erbaʼ studenti sħabi li wrew interess u jien ċerta li dalwaqt se jibdew jistudjaw,” qalet hi.

Snin ilu, student fil-​pajjiż Afrikan tal-​Liberja kellu esperjenza simili. Waqt lezzjoni tas-​soċjoloġija, hu bir-​rispett kollu spjega li bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah kien jemmen fil-​ħolqien u mhux fl-​evoluzzjoni. Għall-​ewwel, ħafna minn sħabu taʼ l-​iskola bdew jikkritikawh sew. Imma l-​għalliem ħallieh jispjega t-​twemmin tiegħu lill-​klassi, u wara dan, l-​għalliem aċċetta l-​ktieb Life​—How Did It Get Here? By Evolution or by Creation?b

Wara li qara l-​ktieb, l-​għalliem qal lill-​klassi: “Dan il-​ktieb m’hawnx bħalu. Huwa wieħed mill-​aqwa kotba tax-​xjenza dwar il-​ħolqien li qatt qrajt.” Imbagħad, l-​għalliem spjega li kellu l-​intenzjoni li juża l-​ktieb Creation flimkien mal-​ktieb taʼ l-​iskola għaż-​żewġ semestri taʼ wara, u ħeġġeġ lill-​klassi biex jakkwistaw kopja mingħand l-​istudent Xhud. Tqassmu tużżani taʼ kotba, u ħafna studenti biddlu l-​opinjoni li kellhom dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah!

Fidi Testjata Hija Fidi Qawwija

Irridu nammettu li xi drabi tistaʼ tħossok megħlub min-​numru taʼ dawk li m’għandhomx​—jew ma japprezzawx—​il-pożizzjoni tiegħek ibbażata fuq il-​Bibbja. (Qabbel Salm 3:​2, 3 [3:​1, 2, NW].) Għalhekk, huwa għaqli li tfittex il-​kumpanija taʼ dawk li għandhom l-​istess konvinzjonijiet u twemmin tiegħek. (Proverbji 27:17) Imma xi ngħidu jekk m’hemmx żgħażagħ taʼ l-​istess fidi tiegħek fl-​iskola jew fl-​inħawi fejn toqgħod?

Jekk inhu hekk, ftakar li l-​akbar Ħabib tiegħek hu Alla Jehovah, u hu jistaʼ jappoġġak. Hu kien il-​mira prinċipali taʼ twaqqigħ għaċ-​ċajt minn Satana x-​Xitan għal eluf taʼ snin. B’hekk, nistgħu nkunu ċerti li se nferrħu l-​qalb taʼ Jehovah meta nieħdu waqfa soda għall-​fidi tagħna. Korsa bħal din tagħtih opportunità ‘biex iwieġeb lil Satana, dak li qed jgħajru.’​—Proverbji 27:11.

Tistaʼ tistenna li minn żmien għal żmien, il-​fidi tiegħek se tiġi testjata. (2 Timotju 3:12) Madankollu, l-​appostlu Pietru jassigurana li l-​kwalità testjata tal-​fidi tagħna “tiswa aktar mid-​deheb li jintemm, u li hu ppruvat bin-​nar.” (1 Pietru 1:7, Saydon) Għaldaqstant, meta jmaqdruk minħabba l-​fidi tiegħek, ħudha bħala opportunità biex issaħħaħ il-​fidi tiegħek u biex turi s-​sabar tiegħek. L-​appostlu Pawlu kiteb li s-​sabar iwassal għal “kundizzjoni approvata.” (Rumani 5:​3-5, NW) Iva, ix-​xewqa li tikseb il-​favur taʼ Jehovah tipprovdilek inċentiv qawwi biex tkampa maʼ dawk li jwaqqgħuk għaċ-​ċajt minħabba l-​fidi tiegħek!

[Noti taʼ taħt]

a Pubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

b Pubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

[Stampa f’paġna 13]

Tistaʼ tagħmel difiża tal-​fidi tiegħek?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja