LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 7/8 p. 15
  • L-​ambjent L-​Impatt Tiegħu Fuq Saħħtek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​ambjent L-​Impatt Tiegħu Fuq Saħħtek
  • Stenbaħ!—1999
  • Materjal Simili
  • Is-​Saħħa Tjiebet Globalment Imma mhux għal Kulħadd
    Stenbaħ!—1999
  • Kemm Irnexxielna Nsalvaw l-Ambjent?
    Stenbaħ!—2003
  • L-​Istil taʼ Ħajtek X’Inhuma r-​Riskji?
    Stenbaħ!—1999
Stenbaħ!—1999
g99 7/8 p. 15

L-​ambjent L-​Impatt Tiegħu Fuq Saħħtek

REĊENTEMENT, Dr. Walter Reed, tal-​World Resources Institute, qal lir-​radju tal-​ĠM li l-​impatt tal-​bniedem fuq is-​sistemi ambjentali globali issa wasal sal-​punt fejn il-​bniedem qed “ifixkel dawn iċ-​ċikli b’mod tassew konsiderevoli.” Dr. Reed jgħid li dan it-​tfixkil ambjentali min-​naħa tiegħu qed jikkontribwixxi biex is-​saħħa mad-​dinja kollha tiġi mhedda. F’artiklu li rreveda x’qal il-​ktieb World Resources 1998-​99, ir-​rivista Our Planet, pubblikata mill-​Ġnus Magħquda, issemmi ftit minn dan it-​theddid għas-​saħħa tan-​nies. Fost oħrajn hemm dawn li ġejjin:

□ It-tniġġis taʼ l-​arja kemm taʼ ġod-​dar u kemm taʼ barra ġie konness maʼ l-​infezzjonijiet respiratorji li jikkaġunaw l-​imwiet taʼ kważi erbaʼ miljun tifel u tifla kull sena.

□ Nuqqas taʼ ilma nadif u taʼ sanità jikkontribwixxi għat-​tixrid taʼ mard tad-​dijarea li jieħu l-​ħajjiet taʼ tliet miljun tifel u tifla kull sena. Per eżempju, il-​kolera, li ilha ħafna li spiċċat mill-​Amerka Latina, reġgħet feġġet hemmhekk u qatlet 11,000 ruħ fl-​1997 biss.

Skond xi rapporti, iktar minn 30,000 tifel u tifla qed imutu kuljum fl-​iktar reġjuni foqra tad-​dinja minħabba mard li huwa relatat maʼ l-​ambjent. Ipprova biss immaġinah dan​—30,000 ruħ kull ġurnata tas-​sena, biżżejjed biex jimtlew il-​postijiet kollha taʼ xi 75 jumbo jet!

Madankollu, it-​theddid ambjentali għas-​saħħa m’huwiex limitat għal dawk il-​pajjiżi li qed jiżviluppaw. Our Planet tinnota li “iktar minn 100 miljun ruħ fl-​Ewropa u fl-​Amerka taʼ Fuq għadhom esposti għall-​arja perikoluża,” li tikkontribwixxi għaż-​żjieda drammatika fir-​rata taʼ l-​ażżma. Fl-​istess ħin, iż-​żjieda fil-​vjaġġi internazzjonali u fil-​kummerċ ikkontribwew għad-​dehra taʼ xi 30 marda infettiva ġdida fil-​pajjiżi żviluppati. Iżjed minn hekk, ir-​rivista rrapportat li mard li qabel kien kontrollat “reġaʼ deher b’iktar qawwa.”

It-traġedja hi li l-​biċċa l-​kbira tal-​mard relatat maʼ l-​ambjent jistaʼ jiġi evitat bit-​teknoloġiji li jeżistu u bi spiża relattivament baxxa. Per eżempju, titjib sinjifikanti fis-​saħħa jistaʼ jintlaħaq billi jiġu provduti ilma nadif u sanità lin-​nies kollha. Kemm hemm bżonn flus biex jiġi realizzat dan l-​għan? Ir-​radju tal-​ĠM jirrapporta li skond il-​Human Development Report 1998 tal-​Ġnus Magħquda, li jipprovdu ilma nadif u sanità lil kulħadd jiswa 11-il elf miljun dollaru [Lm4 elef miljun]​—li hu inqas mill-​ammont taʼ flus li l-​Ewropej jonfqu fil-​ġelati f’sena waħda!

[Sors tal-Istampa f’paġna 15]

Photo: Casas, Godo-Foto

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja