LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 5/8 pp. 16-17
  • Imħabba Kristjana Kontra Vulkan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imħabba Kristjana Kontra Vulkan
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Wettqet l-​Imħabba Kristjana
  • L-​Imħabba Kristjana Tittrijonfa
  • L-Imħabba fl-Azzjoni—Maratona taʼ Xogħol t’Għajnuna
    Stenbaħ!—2002
  • Popocatepetl Il-​Vulkan Maestuż u Minaċċuż Tal-​Messiku
    Stenbaħ!—1997
  • Imħabba Iktar Qawwija Minn Uragan!
    Stenbaħ!—2009
  • Ġeħova Jippremja lil Dawk li Jmorru Lura f’Pajjiżhom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 5/8 pp. 16-17

Imħabba Kristjana Kontra Vulkan

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FIL-​KAMERUN

IS-​SENA l-​oħra vulkan kbir sploda b’kemm kellu saħħa fil-​Kamerun, pajjiż fl-​Afrika tal-​Punent. Il-​Muntanja Kamerun hija vulkan għoli 4,070 metru fuq wiċċ il-​baħar. Fis-​seklu 20 il-​vulkan kien diġà żbroffa erbaʼ darbiet oħra. Skond ir-​rapporti, din id-​darba però kienet l-​iktar darba li l-​vulkan żbroffa b’mod vjolenti u kkaġuna ħsara.

L-effetti taʼ dan id-​diżastru nħassu għall-​ewwel darba fis-​27 taʼ Marzu, 1999, is-​Sibt wara nofsinhar. Xi nies li raw dan kollu b’għajnejhom stess fil-​villaġġ taʼ Buea, li jinsab taħt muntanja, irrapportaw li l-​ħitan, id-​djar, u saħansitra s-​siġar tregħdu kemm felħu. L-​għada fil-​għaxija, f’xi t-​tmienja u nofs, l-​art f’dawk l-​inħawi theżżet bil-​qawwi ferm. It-​theżżiża nħasset 70 kilometru ’l bogħod fil-​post taʼ Douala. It-​titlu prinċipali fil-​faċċata tal-​gazzetta Le Messager taʼ nhar it-​Tlieta, 30 taʼ Marzu, 1999, iddikjara: “L-​Eruzzjoni tal-​Muntanja Kamerun—250,000 Ruħ Jiffaċċjaw in-​Nar.” L-​artiklu kompla hekk: “L-​art theżżet 50 darba f’jumejn; diġà dehru 4 ħofor; mijiet taʼ djar inqerdu; il-​palazz presidenzjali f’Buea tfarrak.”

Hemm xi 80 Xhud taʼ Jehovah jgħixu f’Buea. Ħafna djar tant saritilhom ħsara li ma setgħux jitranġaw mill-​ġdid. Waħda minnhom kienet tintuża bħala Sala tas-​Saltna. Madankollu, ħadd ma miet.

Dak li Wettqet l-​Imħabba Kristjana

L-​imħabba Kristjana malajr intweriet biex tpatti għall-​ħsara li għamel dan il-​vulkan kbir. Inħatar kumitat biex jieħu ħsieb jagħti l-​għajnuna. Il-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah għamlet arranġamenti sabiex jiġu provduti fondi li tant kien hemm bżonnhom. Ukoll mijiet taʼ Xhieda kienu lesti li bl-​imħabba kollha jissagrifikaw ftit mill-​ħin, mill-​enerġija, u mill-​flus tagħhom.

Xi kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah bagħtu l-​ikel. Xhud minnhom ta donazzjoni taʼ 1,000 briksa tal-​konkos. Xhud ieħor ra kif setaʼ jinxtara l-​aluminju għas-​soqfa bl-​irħis. Jerġaʼ ieħor mexa 16-il kilometru biex iġib l-​injam. Wieħed żagħżugħ li kien faddal il-​flus biex iħallas il-​prezz taʼ l-​għarusa lill-​kunjati tiegħu mexxa d-​data tat-​tieġ għal iktar tard u uża l-​flus biex isewwi s-​serrieq. Imbagħad irħielha lejn il-​foresta, u fi tliet ġimgħat qataʼ biżżejjed zkuk biex jibni dar sħiħa! Żgħażagħ Kristjani b’saħħithom ġarrew l-​injam fuq rashom lejn post li kien ħames kilometri ’l bogħod, u hemmhekk għabbewh għal fuq trakk.

Nhar l-​24 t’April beda x-​xogħol tal-​bini mill-​ġdid meta 60 volontier iltaqgħu fil-​post fejn kien sar id-​diżastru. Fis-​Sibtijiet u l-​Ħdud taʼ wara, dak in-​numru kiber u laħaq il-​200 volontier. Tlieta mix-​Xhieda taʼ Jehovah li kellhom impjieg full-time kienu jiġu wara ġurnata normali taʼ xogħol, u kienu jkomplu jibnu sa wara nofsillejl sew. Wieħed Xhud minn Douala kien iqattaʼ l-​ħin taʼ fil-​għodu jaħdem fl-​impjieg sekulari tiegħu. Imbagħad kien jivvjaġġa 70 kilometru bil-​mutur tiegħu u jmur jaħdem sa nofsillejl qabel ma jirritorna lura d-​dar. F’inqas minn xahrejn tlestew sitt idjar. Sadattant, il-​kongregazzjoni taʼ Buea kompliet tiltaqaʼ għal-​laqgħat f’dar privata, għalkemm l-​attendenza għal-​laqgħat kienet kważi d-​doppju tan-​numru taʼ membri fil-​kongregazzjoni.

Matul dan l-​istess perijodu, il-​kumitat li kien ġie organizzat biex jagħti l-​għajnuna qassam iktar minn 40,000 pillola sabiex l-​ilma mniġġes jiġi purifikat. Dan il-​kumitat ipprovda wkoll kura fl-​isptarijiet lil xi għaxar persuni li kienu qed ibatu minn problemi tan-​nifs minħabba l-​gassijiet velenużi u l-​irmied li ħareġ mill-​vulkan. Kif aġixxew dawk li daqu din l-​imħabba Kristjana?

L-​Imħabba Kristjana Tittrijonfa

Kien hemm raġel mid-​Delegazzjoni Provinċjali taʼ l-​Agrikultura, illi wara li ra lill-​aħwa jibnu waħda mid-​djar, qal hekk: “Id-​dar infisha tagħti xiehda . . . , turi li hemm l-​imħabba.” Waħda għalliema kkummentat: “Qatt ma rajt ħaġa bħal din f’ħajti. . . . Dan verament huwa sinjal tal-​Kristjanità vera.”

Dawk li bbenefikaw personalment ukoll esprimew ruħhom bi kliem li jmiss il-​qalb. Timothy, li għandu 65 sena u li ma tantx hu f’saħħtu, kiteb: “Kulmeta nħarsu lejn id-​dar il-​ġdida tagħna, jaqbżilna d-​dmugħ minn għajnejna bil-​ferħ. Il-​ħin kollu nirringrazzjaw lil Jehovah taʼ dak kollu li għamel magħna.” Waħda armla li m’hijiex waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah, flimkien maʼ l-​erbat itfal tagħha, tilfu kollox meta d-​dar tagħhom waqgħet. Imbagħad, il-​ħaddiema li ġew imqabbdin biex jgħinuha serqulha l-​materjal għall-​bini tas-​soqfa. Il-​volontieri fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah ġew jgħinuha. Hi qalet hekk: “Ma nafx kif naqbad ngħid grazzi. Qalbi nħossha tfur bil-​ferħ.” Elizabeth, il-​mara t’anzjan Kristjan, osservat: “Jien ferħana li hemm l-​imħabba fl-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. Dan juri li qed naqdu lil Alla l-​ħaj.”

Il-vulkan li żbroffa kien qawwi ferm, imma bl-​ebda mod ma setaʼ jitfi l-​imħabba Kristjana taʼ dawn l-​aħwa. Bħalma qal l-​appostlu Pawlu bil-​kliem li ġie ispirat jikteb, “l-​imħabba qatt ma tintemm.”—1 Korintin 13:8.

[Stampa f’paġna 16]

Ix-​xmajjar tal-​lava li niżlu għamlu ħafna ħsara

[Stampa f’paġna 17]

Il-​volontieri ħadmu iebes biex isewwu d-​djar li ġratilhom il-​ħsara

[Stampa f’paġna 17]

Il-​Muntanja Kamerun

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja