LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 11/8 p. 30
  • Mill-Qarrejja Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mill-Qarrejja Tagħna
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Problema mad-Dinja Kollha
    Stenbaħ!—2001
  • Għala xi Nies Jixbgħu mill-Ħajja
    Stenbaħ!—2001
  • Is-Suwiċidju—L-Epidemija Moħbija
    Stenbaħ!—2000
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 11/8 p. 30

Mill-​Qarrejja Tagħna

Gladjoli Nixtieq ngħidilkom prosit taʼ l-​artiklu “Il-​Gladjola—Fjura taʼ l-​Għaġeb taʼ Sbuħija Fraġli.” (8 taʼ Marzu, 2000) Nieħu gost meta membri tal-​knisja tagħkom jiġu jarawni, avolja ma naħsibx li qatt se ningħaqad magħhom. Insomma, l-​artiklu nkiteb minn xi ħadd li veru jifhem fil-​gladjoli. F’din id-​dinja kollha inkwiet, li tkabbar il-​gladjoli huwa mod sabiħ kif tirrilassa u tgawdi l-​ħajja.

C. M., Stati Uniti

Suwiċidju Is-​serje “Is-​Suwiċidju—Min l-​Iktar Jinsab f’Riskju?” (8 taʼ Marzu, 2000) laqtet il-​musmar fuq rasu. Tmien xhur ilu ommi mietet ħabta u sabta. Missieri ma kienx id-​dar meta mietet u jħossu ħati. Hu jitkellem dwar li ma jixtieqx jgħix iktar. Għaldaqstant, l-​artikli kienu ħafna taʼ ġid għalija u għal missieri.

R. Z., Ġermanja

Sentejn ilu n-​nannu għamel suwiċidju. Wara li mietet il-​mara tiegħu, moħħu beda sejjer lura. L-​artikli tagħkom għenuni nifhem għala setaʼ għamel dak li għamel.

A. M., Stati Uniti

F’Jannar ħija li kellu 48 sena għamel suwiċidju. Il-​ġurnata taʼ wara l-​funeral, missieri, li m’huwiex wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah, sab din il-​ħarġa taʼ Stenbaħ! fil-​kaxxa taʼ l-​ittri. Hu baqaʼ ssummat u ġie jurihielna bid-​dmugħ f’għajnejh. Il-​familja tiegħi bkiet biki taʼ ferħ u gratitudni għal din is-​serje li pprovdiet tant faraġ.

B. J., Stati Uniti

Fid-​distrett taʼ l-​iskola tagħna, sitt itfal għamlu suwiċidju matul din l-​aħħar sena. Tant kienet xi ħaġa inkwetanti li d-​distrett taʼ l-​iskola ddikjara li ssir għassa għal każi taʼ suwiċidju ġewwa s-​sistema taʼ l-​iskola. Aħna offrejna din il-​ħarġa lil nies f’dawn l-​inħawi li s-​soltu ma jilqgħux il-​messaġġ tagħna. Kien hemm min ħataf ir-​rivista minn idejna qabel ma spiċċajna l-​preżentazzjoni tagħna!

C. C., Stati Uniti

Meta kont adolexxent, darbtejn ipprovajt nagħmel suwiċidju wara li miet missieri. Għal xi wħud il-​kelma “suwiċidju” nfisha hija projbita. Grazzi talli għamiltuha fuq il-​qoxra taʼ Stenbaħ! Jien ħassejt li dawn l-​artikli kienu diretti, realistiċi, u miktubin b’simpatija.

M. G., Franza

Problemi bejn il-​Ħbieb L-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Il-​Ħabib Tiegħi Għala Weġġagħni?” (8 taʼ Marzu, 2000) kien t’għajnuna għalija. L-​aqwa ħabiba tiegħi, li ilni nafha sitt snin u nofs, darba minnhom weġġgħetni ħafna b’dak li għamlitli. Billi wżajna s-​suġġerimenti fl-​artiklu tagħkom, jien u l-​ħabiba tkellimna dwar il-​problema bil-​kalma u bil-​paċi. Permezz t’hekk, issa sirna ħbieb iktar minn qatt qabel.

M. L., Stati Uniti

Predikatur Diżabilitat L-​artiklu “Attitudni Ferriħija Minkejja Diżabilitajiet Estremi” (8 taʼ Marzu, 2000) veru qanqalli qalbi. Jien għadni żgħir, u xi kultant il-​problemi li jkolli jkunu jidhru impossibbli biex negħlibhom. L-​istorja taʼ Konstantin Morozov kienet inkuraġġanti ferm. Dan il-​kliem li qal ngħożżu ħafna: “Nixtieq inkompli naqdi [lil Jehovah] sakemm qalbi tkompli tħabbat.”

L. C., Italja

Għandi tlett itfal, u peress li r-​raġel tiegħi ma jħaddanx l-​istess twemmin bħali, bilfors jien irrid ngħallimhom l-​affarijiet spiritwali. Irrid ukoll noħroġ naħdem u nieħu ħsieb id-​dar, u xi kultant qisu ma jkunx fadalli saħħa. L-​attitudni pożittiva taʼ Konstantin hi taʼ l-​għaġeb! Grazzi talli ppubblikajtu l-​istorja tiegħu.

O. K., Russja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja