LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 12/8 p. 16
  • Protezzjoni għal Snien Delikati

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Protezzjoni għal Snien Delikati
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Int Theżhiżhom Snienek?
    Stenbaħ!—1998
  • It-2 Suġġeriment—Ħu Ħsieb il-Bżonnijiet Bażiċi taʼ Ġismek
    Stenbaħ!—2011
Stenbaħ!—2000
g00 12/8 p. 16

Protezzjoni għal Snien Delikati

KEMM kellek żmien meta bdew jiżviluppaw snienek? Forsi se tibqaʼ skantat malli ssir taf li l-​proċess beda waqt li kont għadek fil-​ġuf—x’aktarx saħansitra qabel ma ommok indunat li kienet tqila! Għaldaqstant huwa importanti li mara li tkun qed tistenna tarbija tieħu biżżejjed sustanzi, inkluż kalċju, fosfru, proteini, u vitamini.

Xi ngħidu għat-​trabi tat-​twelid? L-​esperti jgħidu li t-​trabi li jingħataw il-​ħalib mill-​flixkun jinsabu iktar fil-​periklu li jitħassrulhom snienhom. Ġeneralment, l-​ewwel li jibdew jitħassru jkunu s-​snien taʼ quddiem fin-​naħa taʼ fuq. Imma dan kif jiġri? Xi trabi jħobbu jorqdu waqt li jkunu għadhom qed jixorbu l-​ħalib, xi meraq tal-​frott, misħun biz-​zokkor, jew xi luminata. Dawn il-​likwidi li jiffermentaw ikun fihom karboidrati li permezz tagħhom il-​batterji jgħixu u jiżdiedu. Imbagħad dawn il-​batterji jipproduċu aċidi li jistgħu jħassru s-​snien tat-​trabi—speċjalment jekk dawn l-​aċidi jkunu mas-​snien il-​lejl kollu. Ċerti trabi li jkollhom is-​snien tal-​ħalib imħassrin ħafna jinqalgħulhom qabel iż-​żmien, u dan jistaʼ jeffettwa ħażin l-​iżvilupp tas-​snien il-​ġodda.

Il-ġenituri kif jistgħu jipproteġu s-​snien delikati tat-​tarbija tagħhom? Huwa rikkmandat li l-​ommijiet ireddgħu lil uliedhom, u dan għaliex il-​ħalib taʼ l-​omm ma jkollux mikrobi u jkun fih ħafna sustanzi li jiġġieldu kontra l-​mard. Madankollu, jekk se jintuża l-​flixkun, l-​esperti jgħidu li dan għandu jinqataʼ wara li t-​tarbija tagħlaq it-​18-il xahar. Huma jsostnu wkoll li t-​tarbija għandha tingħata l-​flixkun biex tixrob biss u mhux biex toqgħod tedha bil-​gażaża. Ħaġa oħra hi li jekk it-​tarbija tingħata l-​flixkun qabel ma torqod, ikun aħjar jekk dan ikun fih ilma biss. Wara li t-​tarbija tixrob, tistaʼ tuża biċċa ratba u nadifa biex timsħilha snienha.

Snien imħassrin minn età bikrija jistgħu jiġu evitati. Għaldaqstant huwa essenzjali li s-​snien jingħataw kura xierqa—iva, anki fil-​każ taʼ tarbija!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja