LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 12/8 p. 17
  • Il-Monossidu Karboniku—Il-Qattiel Silenzjuż

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Monossidu Karboniku—Il-Qattiel Silenzjuż
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • L-​element tal-​għaġeb
    Stenbaħ!—2016
  • Werrej
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2000
g00 12/8 p. 17

Il-​Monossidu Karboniku—Il-​Qattiel Silenzjuż

MINN KITTIEB TAʼ STENBAĦ! FIL-​BRITANNJA

KULL sena fil-​Britannja, madwar 50 ruħ imutu vvelenati mill-​monossidu karboniku li jkun ħareġ minn apparat użat biex isaħħan id-​dar li jkun difettuż. “Wara l-​asbestos, il-​monossidu karboniku huwa l-​iktar kaġun komuni taʼ avvelenar fuq ix-​xogħol u fid-​dar,” tirrapporta l-​London Hazards Centre Trust. X’inhu l-​monossidu karboniku?

Il-monossidu karboniku huwa gass li jiġi fformat meta ma ssirx kombustjoni kompleta, jiġifieri meta n-​nar ma jaqbadx kif għandu jaqbad. Dan jistaʼ jiġri sew f’magna taʼ karozza u sew f’apparat li jsaħħan u li jaħdem bil-​faħam, jew b’materjali naturali oħra, speċjalment bil-​gass. Dan il-​monossidu karboniku la għandu kulur, la jinxtamm, u lanqas jintiegħem. Allura kif joqtol?

Iċ-ċelluli ħomor tad-​demm iġorru ossiġnu bżonnjuż ħafna lill-​partijiet differenti tal-​ġisem. Il-​fatt huwa li ċ-​ċelluli ħomor tad-​demm jibdew jassorbu l-​monossidu karboniku minflok l-​ossiġnu, u jkun għalhekk li dan il-​gass isir velenuż. Dan l-​avvelenar jiġri x’ħin il-​ġisem ma jibqagħlux ossiġnu biżżejjed. Jekk xi ħadd jiġi espost għal dożi żgħar taʼ monossidu karboniku għal perijodu taʼ żmien, dan jistaʼ jirriżultalu fi ħsara permanenti fil-​moħħ. Is-​sintomi jinkludu wġigħ taʼ ras, telqa kbira, debbolezza, sturdament, dardir u ħass ħażin,u f’każi gravi, l-​individwu jistaʼ jkollu polz dgħajjef, jaqaʼ f’koma, u jieqaf jieħu nifs. Jekk xi ħadd jiġi vvelenat f’daqqa waħda mill-​monossidu karboniku, dan għandu jingħata l-​ossiġnu u l-​għajnuna biex jieħu n-​nifs. Huwa importanti ħafna li dan isir minnufih qabel ma l-​moħħ jitnaqqaslu l-​ossiġnu u l-​individwu jmut.

X’jistaʼ jsir biex tevita l-​perikli li fih il-​monossidu karboniku? Qabbad espert biex iwaħħallek l-​apparat li għandek u jiċċekkjahulek regolarment. Jekk il-​kulur tal-​fjamma tal-​gass ikun isfar u mhux blu, dan ifisser li n-​nar m’huwiex jaqbad sew u jistaʼ jkun qed joħroġ il-​monossidu karboniku. Fis-​suq issa jeżistu tipi differenti taʼ allarmi li jistgħu jintużaw fid-​dar u li jixegħlu malli jkun hemm sinjal taʼ monossidu karboniku. Ħu l-​affarijiet bis-​serjetà meta tkun se tuża apparat li minnu jistaʼ joħroġ il-​monossidu karboniku.

[Stampa f’paġna 17]

Fjamma irregolari

[Stampa f’paġna 17]

Fjamma normali

[Stampa f’paġna 17]

Fis-​suq issa jeżistu tipi differenti taʼ allarmi li jistgħu jintużaw fid-​dar u li jixegħlu malli jkun hemm sinjal taʼ monossidu karboniku

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja