LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 3/8 pp. 18-19
  • Huwa x-Xorb Żejjed Tassew Ħażin?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huwa x-Xorb Żejjed Tassew Ħażin?
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Inbid u x-​Xorb Qawwi ​—Għotjiet Mingħand Alla
  • Il-​Moderazzjoni Hija s-​Soluzzjoni
  • Għala l-​Kelma t’Alla Tikkundanna x-​Xorb Żejjed
  • Żomm Ħarsa Bilanċjata dwar l-Użu taʼ l-Alkoħol
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar l-alkoħol? Huwa dnub li tixrob?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Aħseb Dwar l-Alkoħol Bħalma Jaħsibha Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Il-Kristjani Għandhom Jixorbu Alkoħol?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 3/8 pp. 18-19

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Huwa x-​Xorb Żejjed Tassew Ħażin?

IS-​SAKRANAZZ maħbub, li l-​irwol tiegħu hu li jdaħħaq lin-​nies, ilu jkollu l-​parti prinċipali f’reċti u spettakli għal snin sħaħ. Għalkemm dawk li jipprovdu divertiment jistgħu jkunu qegħdin biss jirreċtaw, it-​tip taʼ ċajt li jagħmlu jixbah ħafna l-​attitudnijiet kontradittorji li ħafna għandhom lejn ix-​xorb żejjed, li jikkunsidrawh dgħjufija, iva, iżda jaħsbu li ma jagħmel kważi l-​ebda ħsara.

Naturalment, ir-​realtà m’hijiex tad-​daħq. L-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa (WHO) tgħid li l-​abbuż taʼ l-​alkoħol huwa wieħed mill-​akbar perikli għas-​saħħa madwar id-​dinja. Jingħad li bl-​eċċezzjoni tal-​vizzju tat-​tipjip, l-​abbuż taʼ l-​alkoħol jikkaġuna iktar imwiet u mard milli jikkaġuna l-​abbuż taʼ xi tip taʼ sustanza oħra li tqabbad vizzju, u lill-​ekonomija taʼ l-​Amerika biss, dan jixorbilha iktar minn $184 biljun (Lm67 biljun) kull sena.

Minkejja dawn il-​fatti, ħafna jkomplu jnaqqsu s-​serjetà tax-​xorb żejjed. Għalkemm hemm mnejn li jagħrfu l-​effetti taʼ ħsara li jġib miegħu matul perijodu twil taʼ żmien, ma jaraw xejn ħażin billi kultant jixorbu żżejjed. Fost l-​adolexxenti f’xi partijiet tad-​dinja, is-​sokor huwa meqjus bħala ġrajja sinifikanti f’perijodu taʼ bidla. U minkejja t-​twissijiet serji li jsiru mill-​għaqdiet tas-​saħħa, ix-​xorb żejjed, deskritt bħala li tixrob ħames tazzi jew iktar wara xulxin, qiegħed jiżdied ferm fost nies taʼ kull età. Għalhekk, bir-​raġun li ħafna individwi jiddubitaw jekk ix-​xorb żejjed huwiex tassew ħażin jew le. X’tgħid il-​Bibbja?

L-​Inbid u x-​Xorb Qawwi ​—Għotjiet Mingħand Alla

Il-​Bibbja fiha ħafna referenzi għall-​inbid u x-​xorb qawwi. Is-​Sultan Salamun kiteb: “Isa, mela, kul bil-​ferħ il-​ħobża tiegħek, u ixrob għal qalbek l-​inbid tiegħek, għax Alla ġa laqagħhom l-​għemejjel tiegħek.” (Koħèlet 9:7) Is-​salmista għaraf li Alla Jehovah huwa Dak li jipprovdi “nbid li jferraħ qalb il-​bniedem.” (Salm 104:​14, 15) Jidher ċar li l-​inbid huwa wieħed mill-​għotjiet inklużi fost il-​barkiet taʼ Jehovah għall-​bniedem.

Ovvjament għal Ġesù x-​xorb taʼ l-​inbid kien aċċettabbli. Fil-​fatt, l-​ewwel miraklu tiegħu kien li waqt festa tat-​tieġ biddel l-​ilma fi nbid taʼ kwalità tajba ħafna. (Ġwanni 2:​3-10) Hu uża wkoll l-​inbid bħala simbolu addattat taʼ demmu meta inawgura l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej. (Mattew 26:​27-29) Il-​Bibbja ssemmi wkoll li l-​inbid huwa tajjeb bħala mediċina, għax l-​appostlu Pawlu inkuraġġixxa lil Timotju biex ‘jieħu ftit inbid, għax jagħmillu tajjeb għall-​istonku.’—1 Timotju 5:23; Luqa 10:34.

Il-​Moderazzjoni Hija s-​Soluzzjoni

Innota li Pawlu rrikkmanda li tixrob biss “ftit inbid.” Il-​Bibbja tikkundanna b’mod ċar kull użu mhux moderat taʼ l-​alkoħol. Meta ma kinux qed jaħdmu, il-​qassisin Lhud setgħu jixorbu bil-​moderazzjoni. Madankollu, ma setgħux jixorbu xorb alkoħoliku meta kienu qegħdin iwettqu l-​inkarigi tagħhom taʼ qassisin. (Levitiku 10:​8-11) Ħafna snin wara, il-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu kienu ġew imwissijin li s-​skaren ‘ma jirtux is-​saltna t’Alla.’—1 Korintin 6:​9, 10.

Barra minn hekk, meta Pawlu ta xi istruzzjonijiet lil Timotju, hu qal li dawk li jieħdu t-​tmexxija fil-​kongregazzjoni ma jistgħux ikunu ‘mogħtija għax-​xorb’ jew “mogħtija żżejjed għall-​inbid.”a (1 Timotju 3:​3, 8) Fil-​fatt, il-​Bibbja tagħti l-​kmand li s-​sakranazzi li ma jindmux għandhom jitkeċċew mill-​kongregazzjoni Kristjana. (1 Korintin 5:​11-13) Bħalma tpoġġiha tajjeb l-​Iskrittura, “l-​inbid iġib il-​ksuħa.” (Proverbji 20:1, Saydon) Ix-​xorb żejjed taʼ l-​alkoħol jistaʼ jdgħajjef il-​kontroll taʼ dak li jkun qed jixrob u jnaqqaslu l-​kapaċità li jagħmel ġudizzju tajjeb.

Għala l-​Kelma t’Alla Tikkundanna x-​Xorb Żejjed

Jehovah, li ‘jgħallimna għall-​ġid tagħna,’ jaf li meta nabbużaw minn xi ħaġa nispiċċaw inweġġgħu lilna nfusna u lil ħaddieħor. (Isaija 48:​17, 18) Dan huwa minnu fix-​xorb alkoħoliku. Il-​Kelma t’Alla tistaqsi: “Min hu fl-​għali jew fin-​niket? Min hu fil-​ġlied u fl-​inkwiet? Min hu msawwat bla ma jaf għaliex? Min għandu għajnejh ħomor nar?” Twieġeb: “Dawk li jdumu jixorbu l-​inbid, dawk li jfittxu jduqu x-​xorb imħawwar.”​—Proverbji 23:​29, 30.

Taħt l-​influwenza taʼ l-​alkoħol żejjed, xi wħud għamlu ħafna affarijiet bla ħsieb u perikolużi: saqu meta ma kellhomx il-​kapaċità kollha u poġġew lilhom infushom u lil oħrajn fil-​periklu, urew affezzjoni żejda lejn is-​sieħeb jew is-​sieħba taʼ persuna oħra u għamlu ħsara serja lir-​relazzjonijiet, tkellmu u aġixxew bħal boloh jew saħansitra b’mod pervers. (Proverbji 23:33) B’mod xieraq, l-​abbuż taʼ l-​alkoħol ġie msejjaħ l-​iktar marda soċjali perikoluża li huma milqutin minnha l-​bnedmin illum. Mhux taʼ b’xejn li Alla jħeġġeġ: “Tagħmilhiex maʼ dawk li jlegilgu l-​inbid”!​—Proverbji 23:20.

F’Galatin 5:​19-21, Pawlu jniżżel is-​sokor u t-​tbahrid bħala “għemejjel tal-​ġisem” li jmorru kontra l-​frott taʼ l-​ispirtu t’Alla. Ix-​xorb żejjed taʼ l-​alkoħol jikkaġuna ħsara lir-​relazzjoni tal-​persuna m’Alla. Għalhekk, b’mod ċar, il-​Kristjani għandhom jevitaw kull użu mhux moderat taʼ l-​alkoħol.

[Nota taʼ taħt]

a Ladarba l-​indokraturi u l-​qaddejja ministerjali għandhom ikunu taʼ eżempju għall-​merħla fil-​mod kif jiġġudikaw u jġibu ruħhom, billi jżommu mal-​prinċipji għoljin taʼ Jehovah bl-​aħjar mod li jistgħu, din il-​ħtieġa tapplika wkoll għal Kristjani oħrajn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja