LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 4/8 pp. 3-4
  • Żgħażagħ fi Kriżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żgħażagħ fi Kriżi
  • Stenbaħ!—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-​Drogi​—Attakk Fiżiku fuq iż-​Żgħażagħ
  • Sess maʼ Min Jiġi
  • Huwa s-sess orali verament sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kellem lil Uliedek Dwar is-Sess
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Kif Nistaʼ Ma Nċedix Biex Nagħmel is-​Sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif nista’ nispjega t-twemmin tiegħi dwar is-sess?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2005
g05 4/8 pp. 3-4

Żgħażagħ fi Kriżi

◼ Fl-​Istati Uniti, student taʼ 15-il sena jibda jispara fuq sħabu tal-​klassi, joqtol 2 u jfieri 13.

◼ Fir-​Russja, grupp t’adoloxxenti fis-​sakra b’kefrija joqtlu tifla taʼ disaʼ snin u jsawtu lil missierha u lil kuġinuha.

◼ Fil-​Britannja, ġuvni taʼ 17-il sena jsawwat u jagħti daqqiet taʼ sikkina lil tifel iżgħar minnu. “Għall-​ewwel ma kontx bi ħsiebni noqtlu,” jgħid lill-​pulizija, “imma meta rajt id-​demm tlift il-​kontroll.”

DAWN l-​inċidenti li jaħsduk m’humiex ġrajjiet rari. Ma tistax tinjorahom bħallikieku kienu biss xi ħaġa li tiġri darba fill. “Il-​vjolenza fost iż-​żgħażagħ hija problema kbira fis-​soċjetà tagħna,” jgħid artiklu fi Professional School Counseling. L-​istatistiki jappoġġaw dan il-​kliem.

Iċ-Ċentru Nazzjonali taʼ l-​Istati Uniti għall-​Istatistiki dwar lEdukazzjoni jinnota li waqt li f’dak il-​pajjiż ir-​rapporti taʼ vjolenza naqsu, “fis-​sena 2001 l-​istudenti taʼ bejn it-​12 u t-​18-il sena kienu vittmi taʼ madwar żewġ miljun delitt mhux fatali li jinvolvu vjolenza jew serq fl-​iskola.” Kien hemm ukoll żjieda fir-​rapporti dwar bulijiet fl-​iskola.

Imma mhux il-​vjolenza kollha fost iż-​żgħażagħ fl-​Istati Uniti hija diretta lejn studenti oħra. L-​istess sors jirrapporta li “fi żmien ħames snin mill-​1997 sas-​sena 2001, l-​għalliema kienu vittmi taʼ kważi 1.3 miljun delitt mhux fatali fl-​iskola, inkluż 817,000 serqa u 473,000 delitt vjolenti.” Iktar minn hekk, “9 fil-​mija mill-​għalliema kollha fl-​iskejjel primarji u sekondarji ġew mhedda li jiġu attakkati mill-​istudenti, u 4 fil-​mija ġew attakkati fiżikament minn student.”

Xi ngħidu għal pajjiżi oħra? “Fiċ-​Ċina ġew arrestati 69,780 delinkwent żagħżugħ fis-​sena 2003,” tirrapporta aġenzija taʼ l-​aħbarijiet, “żjieda taʼ 12.7 fil-​mija iktar mis-​sena 2002.” L-​istess rapport jinnota li “d-​delitti minn gruppi taʼ żgħażagħ jaħtu għal 70 fil-​mija mid-​delinkwenza fost iż-​żgħażagħ.” Rapport mill-​Ġappun fis-​sena 2003 b’mod simili qal li ż-​żgħażagħ kienu responsabbli għal nofs id-​delitti li kienu saru fl-​għaxar snin taʼ qabel.

Id-​Drogi​—Attakk Fiżiku fuq iż-​Żgħażagħ

Xi ħaġa oħra li turi li hemm l-​inkwiet tinvolvi l-​attakk li ħafna żgħażagħ qed jagħmlu fuq ġisimhom stess. Rapport mill-​Istitut Nazzjonali taʼ l-​Abbuż tad-​Droga jgħid li xi nofs l-​adoloxxenti kollha f’dak il-​pajjiż ipprovaw jieħdu d-​droga illegali qabel ma spiċċaw l-​iskola sekondarja. Ir-​rapport iżid: “L-​użu taʼ l-​alkoħol għadu tassew komuni fost l-​adoloxxenti taʼ llum. Kważi erbgħa minn kull ħames studenti (77%) ikunu ħadu l-​alkoħol (mhux biss daquh) sakemm ikunu [għalqu t-​18-il sena]; u kważi nofs (46%) ikunu għamlu dan sakemm ikunu [għalqu l-​14-il sena].”

Sess maʼ Min Jiġi

F’dan iż-​żmien li l-​AIDS hija tant komuni, żgur li hu perikoluż li wieħed ikollu relazzjonijiet sesswali maʼ min jiġi. Però, ħafna żgħażagħ donnhom iħarsu lejn is-​sess sempliċement bħala logħba innoċenti. Per eżempju, xi żgħażagħ Amerikani b’indifferenza jużaw kliem inqas xokkanti biex jiddeskrivu xi relazzjoni sesswali maʼ min jiġi. Huma jgħidu li jkollhom “ħabib bil-​benefiċċji”​—sieħeb sesswali mingħajr irbit emozzjonali.

L-awtur Scott Walter jiddeskrivi parties bit-​tbahrid sesswali li xi żgħażagħ f’distretti barra l-​belt jagħmlu meta l-​ġenituri jkunu x-​xogħol. F’wieħed minn dawn il-​parties, tfajla ħabbret li “kien se jkollha x’taqsam sesswalment mal-​ġuvintur kollha li kien hemm. . . . Saħansitra tfal żgħar taʼ 12-il sena kienu involuti f’dawn il-​parties.”

Tħossok maħsud? Mhux bħall-​esperti li studjaw l-​imġiba sesswali taʼ l-​adoloxxenti. “F’dawn l-​aħħar 20 sena,” tikteb Dr. Andrea Pennington, “rajna l-​età medja taʼ l-​adoloxxenti li jieħdu sehem fl-​attività sesswali ssir dejjem iżgħar. M’għadhiex xi ħaġa rari li ssib tfal subien u bniet li jibdew ikollhom relazzjoni sesswali fl-​età żgħira taʼ 12-il sena.”

Rapport fil-​gazzetta USA Today kien inkwetanti b’mod partikulari: “Għadd li dejjem jiżdied taʼ l-​iżgħar adoloxxenti fil-​pajjiż . . . qed jieħdu sehem fis-​sess orali. . . . It-​tfal ikkonvinċew ruħhom li ‘dan mhux sess taʼ veru.’” Skond stħarriġ wieħed fuq 10,000 tifla, “tmenin fil-​mija qalu li kienu verġni, imma 25 fil-​mija kienu ħadu sehem f’sess orali. U 27 fil-​mija ddeskrivew l-​att bħala ‘xi ħaġa li tagħmel maʼ ġuvni għall-​gost.’”

Dawn l-​ideat dwar is-​sess saru komuni bil-​mod il-​mod f’postijiet oħrajn. L-​UNESCO tirrapporta li ċ-​ċans li ż-​żgħażagħ fl-​Asja jiġu infettati bl-​HIV minn relazzjonijiet mas-​sess oppost qed jiżdied u ħafna qed isiru attivi sesswalment f’età iżgħar. Din iżżid tgħid li l-​adoloxxenti qegħdin dejjem jirrispettaw inqas ‘il-​valuri Asjatiċi’ tal-​ġenituri billi jkollhom relazzjonijiet sesswali qabel iż-​żwieġ, spiss maʼ persuni differenti.

X’hemm iktar x’juri li ż-​żgħażagħ jinsabu fl-​inkwiet? Ir-​rivista Women’s Health Weekly tal-​Kanada, tirrapporta: “Ħamsa u għoxrin fil-​mija tat-​tfajliet taʼ bejn is-​16 u d-​19-il sena se jgħaddu minn żmien taʼ dipressjoni qawwija.” Madankollu, id-​dipressjoni hi marda li tolqot kemm lill-​irġiel u kemm lin-​nisa. Skond il-​U.S.News & World Report, kull sena sa ħamest elef żagħżugħ u żagħżugħa joqtlu ruħhom b’idejhom. Għal xi raġuni, jgħid ir-​rapport, il-​każi taʼ subien li joqtlu lilhom infushom huma sitt darbiet iktar mill-​bniet.

Żgur li l-​ġenerazzjoni żagħżugħa taʼ llum għandha ħafna inkwiet. X’inhu l-​kaġun taʼ din il-​kriżi?

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 3]

STR/AFP/Getty Images

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja