LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/08 pp. 26-27
  • Min Hu l-Awtur tal-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Hu l-Awtur tal-Bibbja?
  • Stenbaħ!—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Erbgħin Kittieb, Awtur Wieħed
  • “Imnebbħa minn Alla”
  • L-​Element Uman
  • Ir-​Riżultat Finali
  • Alla Kif Ispiraha l-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Jistaʼ Xi Ħadd Ikun Jaf Min Verament Kitibha l-Bibbja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • “Tmexxew mill-Ispirtu Qaddis”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Il-Bibbja—Hija verament “imnebbħa minn Alla”?
    Stenbaħ!—2017
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2008
g 1/08 pp. 26-27

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Min Hu l-​Awtur tal-​Bibbja?

IL-​BIBBJA hija ċara dwar min kitibha. Partijiet differenti taʼ dan il-​ktieb jibdew b’xi frażi bħal, “il-​ġrajja taʼ Neħemija,” “il-​viżjoni taʼ Isaija,” u “il-​kelma tal-​Mulej, li ġiet lil Ġoel.” (Neħemija 1:1; Isaija 1:1; Ġoel 1:1) Ċerti ġrajjiet huma magħrufin bħala x-​xogħol taʼ Gad, Natan, jew Samwel. (1 Kronaki 29:29) Is-​sopraskrizzjoni jew l-​ewwel vers taʼ diversi salmi jindikaw min hu l-​kompożitur tagħhom.—Salm 79, 88, 89, 90, 103, u 127.

Minħabba li ġew użati l-​bnedmin biex jiktbu l-​Bibbja, l-​uħud xettiċi jgħidu li din hija sempliċement riżultat t’għerf uman, bħal kwalunkwe ktieb ieħor. Iżda hija din l-​opinjoni bbażata fuq is-​sod?

Erbgħin Kittieb, Awtur Wieħed

Il-​maġġorparti tal-​kittieba Bibliċi jirrikonoxxu li huma kitbu f’isem Ġeħova, l-​uniku Alla veru, u li huma ġew gwidati minnu jew minn xi rappreżentant anġeliku. (Żakkarija 1:7, 9) Profeti li kitbu l-​Iskrittura Ebrajka pproklamaw iktar minn 300 darba: “Hekk jgħid il-​Mulej [“Ġeħova,” NW].” (Għamos 1:3; Mikea 2:3; Naħum 1:12) Ħafna mill-​kotba tagħhom jibdew bi frażijiet bħal “il-​kelma tal-​Mulej [“taʼ Ġeħova,” NW] li ġiet lil Hosegħa.” (Hosegħa 1:1; Ġona 1:1) Rigward il-​profeti t’Alla, l-​appostlu Pietru qal: “Xi bnedmin tkellmu minn Alla skond kif tmexxew mill-​ispirtu qaddis.”—2 Pietru 1:21.

Għalhekk, il-​Bibbja hija ktieb magħmul minn ħafna partijiet iżda f’armonija. Hija miktuba minn ħafna rġiel li rrikonoxxew li l-​wieħed wara din il-​kitba kien Alla. Fi kliem ieħor, Alla uża bnedmin bħala segretarji biex jiktbu ħsibijietu. Kif għamel dan?

“Imnebbħa minn Alla”

“L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla,” spjega l-​appostlu Pawlu. (2 Timotju 3:16) Il-​kelma Griega tradotta “mnebbħa minn Alla” letteralment tfisser “minn nifs Alla.” Jiġifieri, Alla uża forza inviżibbli biex tiggwida l-​ħsibijiet tal-​kittieba umani, billi wassal il-​messaġġ tiegħu. Madankollu, fil-​każ taʼ l-​Għaxar Kmandamenti, Ġeħova nnifsu naqqax il-​kliem fuq twavel tal-​ġebel. (Eżodu 31:18) Kultant, Alla wassal il-​messaġġ tiegħu direttament lil qaddejja umani. Eżodu 34:27 jgħid: “U l-​Mulej qal lil Mosè: ‘Ikteb dawn il-​kelmiet . . . ’”

F’okkażjonijiet oħrajn, Alla ġiegħel lil xi rġiel biex jaraw viżjonijiet taʼ dak li riedhom jiktbu. B’hekk, Eżekjel qal: “Rajt viżjonijiet taʼ Alla.” (Eżekjel 1:1) Bl-​istess mod, “Danjel ħolom ħolma, u kellu dehriet f’moħħu waqt li kien mimdud fuq friexu. Wara mbagħad huwa kiteb ġabra tagħha fil-​qosor.” (Danjel 7:1) L-​aħħar ktieb tal-​Bibbja, Rivelazzjoni, ngħata lill-​appostlu Ġwanni b’mod simili. Ġwanni kiteb: “B’ispirazzjoni sibt ruħi f’jum il-​Mulej, u smajt warajja leħen qawwi bħal taʼ trumbetta li qal: ‘Dak li tara iktbu f’romblu.’”—Rivelazzjoni 1:10, 11.

L-​Element Uman

L-​ispirazzjoni divina ma ħallietx barra l-​individwalità tal-​kittieb. Fil-​fatt, kellhom isiru sforzi persunali biex jiġi miktub il-​messaġġ t’Alla. Per eżempju, il-​kittieb tal-​ktieb Bibliku taʼ Koħèlet qal li hu “fittex li jsib qwiel sbieħ u li jikteb bir-​reqqa kliem is-​sewwa.” (Koħèlet 12:10) Sabiex jiġbor ir-​rakkont storiku tiegħu, Esdra kkonsulta minn taʼ l-​inqas maʼ 14-il sors, bħal “Ktieb il-​Ġrajja tas-​Sultan David” u “Ktieb is-​Slaten taʼ Ġuda u Iżrael.” (1 Kronaki 27:24; 2 Kronaki 16:11) Luqa, wieħed mill-​kittieba taʼ l-​Evanġelju, ‘fittex kollox mill-​bidu b’eżattezza, iddeċieda li jiktibhom b’ordni loġiku.’—Luqa 1:3.

Xi kotba tal-​Bibbja jirrivelaw aspetti tal-​personalità tal-​kittieb. Per eżempju, Mattew Levi, li kien kollettur tat-​taxxa qabel ma sar wieħed mid-​dixxipli taʼ Ġesù, ta attenzjoni speċjali għan-​numri. Hu l-​uniku kittieb taʼ l-​Evanġelji li ddokumenta li l-​prezz tat-​tradiment taʼ Ġesù kien taʼ “tletin biċċa tal-​fidda.” (Mattew 27:3; Marku 2:14) Luqa, li kien tabib, iddokumenta b’eżattezza dettalji mediċi. Per eżempju, meta ddeskriva l-​kundizzjoni taʼ xi wħud li Ġesù fejjaq, hu uża espressjonijiet bħal “deni qawwi” u “mimli ġdiem.” (Luqa 4:38; 5:12; Kolossin 4:14) B’hekk, Ġeħova taʼ spiss ħalla l-​kittieba jesprimu lilhom infushom bil-​kliem u bl-​istil tagħhom; madankollu, fl-​istess ħin, hu ħa ħsieb li jiggwida l-​ħsibijiet tagħhom sabiex il-​kitba tkun eżatta, u b’hekk jitwassal il-​messaġġ tiegħu.—Proverbji 16:9.

Ir-​Riżultat Finali

M’huwiex taʼ l-​għaġeb li xi 40 raġel, li kitbu f’pajjiżi differenti f’perijodu taʼ iktar minn 1,600 sena, ipproduċew ktieb li hu kompletament armonjuż f’kull aspett u li fih tema meraviljuża u konsistenti? Dan kien ikun impossibbli li kieku ma kinux ilkoll gwidati minn Awtur wieħed.

Kien neċessarju għal Ġeħova li juża lil bnedmin sabiex jiktbu l-​Kelma tiegħu? Le. Iżda l-​fatt li għamel dan kien turija t’għerf divin. Tabilħaqq, waħda mir-​raġunijiet għala l-​Bibbja tqanqal l-​interess madwar id-​dinja hi minħabba li l-​kittieba tagħha jesprimu l-​emozzjonijiet vasti tal-​bniedem—f’każ minnhom, is-​Sultan David esprima l-​ħtija tiegħu meta nidem minn dnubu u talab għall-​ħniena t’Alla.—Salm 51:1, 2, 4-6, 15, 19, [51:2-4, 13, 17, sopraskrizzjoni, NW].

Minkejja li Ġeħova uża l-​bnedmin bħala kittieba, aħna jistaʼ jkollna l-​istess fiduċja fil-​kitba tagħhom bħalma kellhom il-​Kristjani tal-​bidu, li aċċettaw l-​Iskrittura Mqaddsa mhux “bħala l-​kelma tal-​bniedem, imma bħalma hi tassew, bħala l-​kelma t’Alla.”—1 Tessalonikin 2:13.

QATT ĦSIBT DWAR DAN?

◼ Min hu l-​Awtur taʼ “l-​Iskrittura kollha”?—2 Timotju 3:16.

◼ X’metodi uża Alla Ġeħova biex iwassal ħsibijietu?—Eżodu 31:18; 34:27; Eżekjel 1:1; Danjel 7:1.

◼ Il-​personalità u l-​interessi taʼ dawk imnebbħin biex jiktbu, kif kienu evidenti f’dak li huma kitbu? —Mattew 27:3; Luqa 4:38.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja