LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/10 p. 22
  • L-Importanza taʼ li Tintwera l-Affezzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Importanza taʼ li Tintwera l-Affezzjoni
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • Kif tistaʼ turi l-affezzjoni?
    Għajnuna għall-Familja
  • “Ħa Jkollkom Affezzjoni Tenera Lejn Xulxin”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Uri l-Affezzjoni Lejn il-Membri tal-Familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Kif Ikollok Żwieġ Ferħan: Uri Affezzjoni
    Għajnuna għall-Familja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 4/10 p. 22

L-​Importanza taʼ li Tintwera l-​Affezzjoni

“GĦANNAQHOM ħafna!” qal professur tal-​psikjatrija tat-​tfal lil waħda mara li kienet għadha kif saret omm wara li wildet tewmin. Kienet staqsietu għal xi pariri dwar l-​aqwa mod biex trabbi lil uliedha. “L-​imħabba u l-​affezzjoni jridu jintwerew b’diversi modi,” kompla jgħid il-​professur, “bħal b’tgħanniq u bews, b’espressjonijiet teneri taʼ mħabba, fehma, hena, ġenerożità, u maħfra u, meta meħtieġa, b’dixxiplina raġunata. Qatt m’għandna nassumu li wliedna jafu li nħobbuhom.”

Tiffany Field, id-​direttriċi tal-​Istitut għar-​Riċerka tal-​Mess fl-​Università taʼ Miami, Florida, l-​Istati Uniti, donnha taqbel mar-​rakkomandazzjoni taʼ hawn fuq. “Il-​mess huwa essenzjali għat-​tkabbir u l-​benesseri tat-​tfal daqskemm huma d-​dieta u l-​eżerċizzju,” tgħid hi.

L-​adulti wkoll għandhom bżonn espressjonijiet fiżiċi tal-​affezzjoni? Iva. Il-​psikologu kliniku Claude Steiner mir-​riċerka tiegħu kkonkluda li inkuraġġiment verbali u fiżiku hu essenzjali għall-​benesseri emozzjonali tagħna, hi x’inhi l-​età tagħna. Laura, infermiera li tieħu ħsieb grupp kbir taʼ wħud avanzati fl-​età, tgħid: “Jien rajt li espressjonijiet taʼ affezzjoni lejn dawk avanzati fl-​età verament jagħmlu differenza. Meta tittrattahom b’qalb tajba u tmisshom, tirbaħ il-​fiduċja tagħhom u huma jsegwu l-​istruzzjonijiet tiegħek minn jeddhom. Iżjed minn hekk, trattament b’affezzjoni bħal dan juri rispett għad-​dinjità tagħhom.”

Iktar minn hekk, l-​affezzjoni hi taʼ benefiċċju għal min jagħtiha daqskemm hi għal min jirċiviha. Bħalma qal darba Ġesù Kristu, “hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.” (Atti 20:35) Huwa premjanti speċjalment meta l-​affezzjoni tingħata lil dawk li huma inkwetati, dipressi, jew li m’għandhomx fiduċja fihom infushom. Ħafna ġrajjiet fil-​Bibbja jiddeskrivu kif uħud bħal dawn ngħataw għajnuna bħal din.

Immaġina kemm kien taʼ faraġ għal “raġel mimli ġdiem,” imwarrab mis-​soċjetà, li jħoss lil ħadd ħlief Ġesù Kristu jmissu b’mogħdrija!—Luqa 5:12, 13; Mattew 8:1-​3.

Aħseb dwar kemm ħassu iktar b’saħħtu l-​profeta xwejjaħ Danjel meta anġlu t’Alla saħħu b’inkuraġġiment mill-​qalb u messu tliet darbiet. Dan il-​kuntatt kollu mħabba u l-​kliem li jibni kienu eżatt dak li kellu bżonn Danjel biex jgħinuh jirkupra mill-​għeja kbira fiżika u mentali tiegħu.—Danjel 10:9-​11, 15, 16, 18, 19.

F’okkażjoni minnhom, xi ħbieb għeżież tal-​appostlu Pawlu vvjaġġaw xi 50 kilometru minn Efesu sa Miletu biex jiltaqgħu miegħu. Hemmhekk Pawlu qalilhom li għandhom mnejn ma jerġgħux jarawh. Min jaf kemm ħassu inkuraġġit l-​appostlu meta l-​ħbieb leali tiegħu ‘għannquh u bisuh b’tenerezza’!—Atti 20:36, 37.

B’hekk, kemm il-​Bibbja kif ukoll ir-​riċerka moderna jinkuraġġuna biex nuru affezzjoni lejn xulxin. Li nissodisfaw dan il-​bżonn iġib benefiċċji fiżiċi u emozzjonali. Jidher ċar li espressjonijiet taʼ affezzjoni sinċieri u xierqa mhumiex biss għat-​tfal.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja