Għal Reviżjoni Bħala Familja
Min Kellu Dan ix-Xogħol?
1. Liema żewġ sajjieda kienu wlied Żebedew u appostli taʼ Ġesù?
Ikteb it-tweġibiet tiegħek fl-ispazju provdut hawn taħt.
ĦJIEL: Aqra Mattew 4:21, 22.
․․․․․
2. X’kien jisimhom iż-żewġ appostli l-oħra li kienu sajjieda?
ĦJIEL: Aqra Mattew 4:18.
․․․․․
GĦAL DISKUSSJONI:
Ġesù għala qal li d-dixxipli tiegħu kellhom isiru “sajjieda tal-bnedmin”? (Mattew 4:19) Liema xebh u differenzi taħseb li hemm bejn is-sajd għall-ħut u s-sajd għall-bnedmin?
X’TAF DWAR L-APPOSTLU INDRÌ?
3. Qabel ma beda jsegwi lil Ġesù, Indrì taʼ min kien dixxiplu?
ĦJIEL: Aqra Marku 1:4; Ġwanni 1:35-40.
․․․․․
4. Indrì lil min kellem dwar Ġesù, u b’liema riżultat?
ĦJIEL: Aqra Ġwanni 1:40-42.
․․․․․
GĦAL DISKUSSJONI:
Għala jkun tajjeb li tgħid lil qrabatek dwar l-affarijiet li taf fuq Ġesù? Iżda xi qraba kif għandhom mnejn jirreaġixxu?
ĦJIEL: Aqra Mattew 10:32-37.
MINN DIN IL-ĦARĠA
Wieġeb dawn il-mistoqsijiet, u niżżel il-vers jew il-versi mill-Bibbja li huma neqsin.
PAĠNA 4 X’għandha biżżejjed kull ġurnata? Mattew 6:․․․
PAĠNA 9 Missierna tas-sema xi jwegħedna li żgur mhux se jagħmel? Ebrej 13:․․․
PAĠNA 23 Alla lil min iħobb? 2 Korintin 9:․․․
PAĠNA 30 Xi ġralhom l-anġli li dinbu? Ġuda․․․
TWEĠIBIET
1. Ġakbu u Ġwanni.
2. Pietru u Indrì.
3. Ġwanni l-Għammied.
4. Ħuh Pietru, u dan sar dixxiplu taʼ Ġesù.