LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/13 pp. 10-11
  • Kif Tikkontrolla Kemm Tonfoq

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tikkontrolla Kemm Tonfoq
  • Stenbaħ!—2013
  • Materjal Simili
  • Għandu Jkolli Credit Card?
    Stenbaħ!—2000
  • Oqgħod Attent Kif Tonfoq il-Flus
    Stenbaħ!—2025
  • Kif Tgħaddi b’Inqas Flus
    Iktar Suġġetti
  • L-istabbilità finanzjarja
    Stenbaħ!—2019
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 7/13 pp. 10-11

Kif Tikkontrolla Kemm Tonfoq

Minbarra l-​pressjoni li niffaċċjaw mir-​reklami, is-​sentimenti u d-​drawwiet tagħna stess jistgħu jikkontribwixxu biex nonfqu bla kontroll. Dawn li ġejjin huma sitt suġġerimenti biex jgħinuk tikkontrolla kemm tonfoq.

  1. Irreżisti t-​tentazzjoni li tixtri bla ma taħsibha. Tieħu pjaċir bl-​eċċitament li tħoss meta ssib xi ħaġa li tkun irħas? Jekk inhu hekk, għandek mnejn tixtri bla ma taħsibha. Biex tirreżisti, meta tippjana biex tixtri xi ħaġa, ieqaf u aħseb sew dwar il-​konsegwenzi fit-​tul taʼ li tixtriha u żżommha f’kundizzjoni tajba. Ieqaf u ftakar meta fil-​passat xtrajt bla ma ħsibtha u mbagħad iddispjaċiek. Ħu l-​ħin biex taħseb qabel ma tieħu d-​deċiżjoni finali.

  2. Evita li tixtri biex tbiddel il-​burdata. Ix-​xiri jistaʼ jbiddillek għal ftit burdata ħażina. Imma meta jerġgħu jaqbduk id-​dwejjaq, għandu mnejn tħoss saħansitra iktar pressjoni biex tixtri ħalli jgħaddulek. Minflok ma tixtri biex ittejjeb il-​burdata, fittex ħbieb li jappoġġawk jew agħmel xi attività fiżika bħal li tmur xi mixja.

  3. Tqisx ix-​xiri bħala rikreazzjoni. Stabbilimenti lussużi biddlu x-​xiri f’divertiment. Għalkemm għandek mnejn tmur f’xi stabbiliment jew tfittex fuq l-​Internet sempliċement għall-gost, ħafna minn dak li tara hu disinjat biex iqanqal fik ix-​xewqa li tixtri. Ixtri biss meta għandek xi ħaġa speċifika f’moħħok, u żomm mal-​pjan tiegħek.

  4. Agħżel il-​ħbieb tiegħek bil-​għaqal. L-​istil taʼ ħajja taʼ ħbiebek u dak li jitkellmu fuqu jistaʼ jinfluwenza bil-​kbir ix-​xewqat tiegħek. Jekk qed tonfoq iżżejjed biex tkun bħal ħbiebek, allura agħżel ħbieb li jpoġġu inqas enfasi fuq il-​flus u affarijiet materjali.

  5. Uża l-​kredit kards bil-​għaqal. Il-​kredit kards jagħmluhielek faċli biex tixtri mingħajr ma tagħti kas il-​konsegwenzi. Ipprova ħallas il-​bilanċ kollu fuq il-​kredit kard kull xahar. Kun af kemm huma r-​rati tal-​interessi u l-​ispejjeż tal-​kredit kard tiegħek, u qabbel l-​offerti biex issib dik li l-​iktar jaqbillek. Oqgħod attent minn kards li għandhom spejjeż ogħla u li joffru benefiċċji li m’għandekx bżonn. Minflok ma tixtri bid-​dejn, faddal għall-​affarijiet kbar u ħallas bi flus kontanti.

  6. Kun af il-​qagħda finanzjarja tiegħek. Huwa iktar faċli li tonfoq iżżejjed jekk ma tkunx ċert mill-​qagħda finanzjarja tiegħek. Żomm ir-​rekords aġġornati, u kun af kemm għandek flus b’kollox. Agħmel pjan realistiku taʼ kemm tistaʼ tonfoq kull xahar ibbażat fuq id-​dħul tiegħek u l-​ispejjeż tal-​passat. Ara fiex qed tonfoq il-​flus, u qabbel dan mal-​pjan. Staqsi ħabib li tafdah biex jgħinek tifhem il-​kwistjonijiet finanzjarji li m’intix midħla tagħhom.

Ipproteġi lit-​Tfal Milli Jiffokaw Ħajjithom fuq ix-​Xiri

It-​tfal huma l-​mira speċjali taʼ dawk li jirreklamaw, u nistgħu nifhmuh dan. Iż-​żgħażagħ qegħdin jixtru u jonfqu iktar minn qatt qabel. Fl-​Istati Uniti, l-​adoloxxenti jonfqu ħafna biljuni taʼ dollari kull sena.

Madankollu, ir-​riċerkatriċi Juliet Schor tgħid li t-​tfal li jiffokaw ħajjithom fuq ix-​xiri huma iktar suxxettibbli għad-​dipressjoni u l-​ansjetà fi tfulithom u ma tantx ikollhom relazzjoni tajba mal-​ġenituri. Kif tistaʼ tipproteġi lil uliedek? Ikkunsidra modi prattiċi kif xi ġenituri stinkaw biex jipproteġu lil uliedhom.

EDUKAHOM: “Ma tistax tipproteġi lit-​tfal għalkollox mir-​reklami għax jinsabu kullimkien. Għalhekk spjegajna lit-​tfal tagħna li dawk li jirreklamaw għandhom motiv egoist, u li l-​kumpaniji li jħallsu għar-​reklami flus iridu. Ma jimpurtahomx minna.”—James u Jessica.

IĊĊEDIX GĦALL-​PRESSJONI: “It-​tfal jibqgħu jeqirdu biex tixtrilhom xi ħaġa sakemm tixtrihielhom. Imma importanti li ma ċċedix. Eventwalment se jitgħallmu li ma jistgħux ikollhom kollox. Meta konna qed inrabbu lit-​tifla tagħna, spiss bħala ġenituri konna nitkellmu bejnietna dwar kif inkunu bilanċjati u x’limiti se nagħmlu.”—Scott u Kelli.

ILLIMITA KEMM JARAW REKLAMI: “Il-​familja tagħna ftit li xejn tara televixin. Dan sempliċement mhuwiex parti mir-​rutina tal-​familja tagħna. Il-​ħin li nistgħu nqattgħu naraw it-​televixin nużawh biex nagħmlu attivitajiet oħrajn. Aħna nsajru u nieklu flimkien, u t-​tfal tagħna l-​hena tagħhom jaqraw.”—John u Jenniffer.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja