LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 9/13 p. 3
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Artiku
  • Id-​Dinja
  • Il-​Britannja
  • Ir-​Repubblika Demokratika tal-​Kongo
  • L-​Awstralja
  • L-​avorju Kemm Jiswa?
    Stenbaħ!—1998
  • “Deheb Aħmar” mill-Mediterran
    Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2013
g 9/13 p. 3

Ħarsa Lejn Id-​dinja

L-​Artiku

“Il-​volum tas-​silġ fis-​sajf hu biss kwart taʼ dak li kien 30 sena ilu,” jgħid Peter Wadhams, professur tal-​fiżika tal-​oċeani fl-​Università taʼ Cambridge, il-​Britannja. Fl-​2012, xi 50 vapur użaw ir-​Rotta tal-​Baħar tat-​Tramuntana li nfetħet minħabba t-​tisħin globali.

Id-​Dinja

Instab li fil-​ħalib tas-​sider li jipproduċu l-​ommijiet fil-​ġranet wara t-​twelid taʼ tarbija hemm iktar minn 700 varjetà taʼ batterji—iktar milli stennew l-​esperti. Ir-​riċerkaturi għadhom qed jaħdmu biex jiddeterminaw kif dawn il-​batterji huma taʼ ġid għas-​sistemi tad-​diġestjoni u tal-​immunità tat-​tarbija.

Il-​Britannja

Fi studju dwar is-​sewqan li sar minn xjentisti mill-​Britannja nstab li s-​sewwieqa li jkollhom riħ idumu iktar biex jirreaġixxu huma hu jsuqu minn dawk is-​sewwieqa li jkunu xorbu.

Ir-​Repubblika Demokratika tal-​Kongo

Kull sena, fl-​Afrika jsir qtil, li xi wħud jgħidu li “qatt ma kien hawn bħalu,” t’għaxriet t’eluf taʼ ljunfanti għall-​avorju tagħhom. F’inċident minnhom, diversi ljunfanti nqatlu billi xi nies sparawlhom f’rashom, milli jidher minn ġo ħelikopter.

L-​Awstralja

Matul l-​aħħar 27 sena, il-​Great Barrier Reef tilfet nofs il-​qroll ħaj tagħha. Ix-​xjentisti jwaħħlu fiċ-​ċikluni tropikali, fl-​impestazzjoni tal-​crown-​of-​thorns starfish, u fil-​coral bleaching li qed jiġri minħabba li t-​temperatura tal-​oċeani dejjem tielgħa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja