LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/13 p. 3
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Italja
  • L-​Armenja
  • Il-​Ġappun
  • Iċ-​Ċina
  • Ħarsa lejn id-dinja
    Stenbaħ!—2014
  • Ħarsa lejn id-dinja
    Stenbaħ!—2014
Stenbaħ!—2013
g 10/13 p. 3

Ħarsa Lejn Id-​dinja

L-​Italja

Fl-​2011, fl-​Italja, inbiegħu iktar roti milli nbiegħu karozzi. Fost ir-​raġunijiet possibbli li ngħataw kien hemm il-​kriżi ekonomika, il-​prezz tal-​fjuwil, u l-​ispejjeż tal-​manutenzjoni tal-​karozzi. Mill-​banda l-​oħra, ir-​roti mhumiex daqshekk għaljin biex iżżommhom, faċli biex tużahom, u huma konvenjenti.

L-​Armenja

Il-​Qorti Ewropea tad-​Drittijiet tal-​Bniedem qatgħetha li l-​gvern tal-​Armenja kiser id-​drittijiet taʼ 17-​il żagħżugħ, ilkoll Xhieda taʼ Ġeħova, li ġew arrestati għax irrifjutaw li jagħmlu servizz ċivili taħt is-​superviżjoni tal-​awtoritajiet militari. Il-​gvern kellu jħallas id-​danni u l-​ispejjeż legali tas-​17 li huma.

Il-​Ġappun

Mit-​tfal li sfaw vittma taʼ delitti li fihom kienu involuti Netwerks Soċjali, 63 fil-​mija ma kienu rċivew ebda twissija mill-​ġenituri tagħhom dwar il-​perikli li setaʼ jkun hemm. Mill-​599 każ li ġew eżaminati, 74 fil-​mija minn dawk li kienu mixlijin ammettew li l-​iskop għala użaw dawn is-​siti kien biex ikollhom is-​sess maʼ wħud taħt l-​età.

Iċ-​Ċina

Fi sforz biex tittaffa l-​konġestjoni tat-​traffiku, bliet kbar qed jillimitaw ir-​reġistrazzjonijiet taʼ vetturi ġodda. Pereżempju, fil-​Beijing mhux se jinħarġu iktar minn 240,000 reġistrazzjoni fis-​sena. F’Awwissu tal-​2012, madwar 1,050,000 ruħ ħadu sehem f’lotterija li fiha ttellgħu 19,926 ċertifikat taʼ reġistrazzjoni, jiġifieri, minn kull 53 applikant wieħed biss irnexxielu jikseb ċertifikat.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja