LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 5/14 pp. 14-15
  • Il-meditazzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-meditazzjoni
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhi l-​meditazzjoni?
  • Kif tistaʼ tkun taʼ ġid għalik il-​meditazzjoni?
  • Għandha tkun ikkontrollata l-​meditazzjoni?
  • Meditazzjoni li Hija taʼ Benefiċċju
    Stenbaħ!—2000
  • Meditazzjoni bit-Talb—Neċessarja Biex Inkunu Ministri Żelużi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Il-meditazzjoni taʼ qalbi
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Il-Meditazzjoni taʼ Qalbi
    Għannu lil Ġeħova
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 5/14 pp. 14-15
Raġel jimmedita

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Il-​meditazzjoni

X’inhi l-​meditazzjoni?

“Se nimmedita fuq l-​attività tiegħek kollha, u nikkunsidra għemilek.”—Salm 77:12.

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Il-​meditazzjoni tieħu ħafna forom li ħafna minnhom għandhom għeruq f’reliġjonijiet antiki tal-​Lvant. “Il-​moħħ irid ikun vojt biex taħseb ċar,” qal kittieb dwar is-​suġġett. Kliemu jirrifletti l-​opinjoni li jekk tiżvojta l-​moħħ waqt li tiffoka u taħseb fuq ċertu kliem jew stampi, dan jippromwovi paċi ġewwinija, fehma ċara, u tidwil spiritwali.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Bibbja tpoġġi valur għoli fuq il-​meditazzjoni. (1 Timotju 4:15) Però, it-​tip taʼ meditazzjoni li tħeġġeġ ma jinvolvix li tbattal moħħok jew li tirripeti ċerta kelma jew frażi, li kultant tissejjaħ mantra. Il-​meditazzjoni Biblika pjuttost tinvolvi ħsib bi skop fuq suġġetti bnien, bħalma huma l-​kwalitajiet, il-​livelli, u l-​ħolqien t’Alla. “Immeditajt fuq l-​attività kollha tiegħek; minn qalbi bqajt nikkunsidra xogħol idejk,” talab raġel leali t’Alla. (Salm 143:5) Qal ukoll: “Niftakar fik fuq soddti, matul l-​għases tal-​lejl nimmedita fuqek.”—Salm 63:6.

Kif tistaʼ tkun taʼ ġid għalik il-​meditazzjoni?

“Qalb il-​ġust timmedita sabiex twieġeb.”—Proverbji 15:28.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Meditazzjoni bnina ttejbilna l-​personalità, tgħinna nikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħna, u ttina s-​saħħa morali—li flimkien iżidu d-​dehen u l-​fehma lill-​kliem u l-​imġiba tagħna. (Proverbji 16:23) Għalhekk, meditazzjoni bħal din tgħin ukoll biex ikollna ħajja ferħana u premjanti. Inkwantu għall-​bniedem li regolarment jimmedita fuq Alla, Salm 1:3 jgħid: “Hu jsir bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat taʼ l-​ilma, li tagħti l-​frott fl-​istaġun tagħha u li l-​weraq tagħha ma jidbielx, u jirnexxi f’kulma jagħmel.”

Il-​meditazzjoni tgħinna ntejbu l-​fehma u l-​memorja wkoll. Biex inġibu eżempju, meta nistudjaw aspett tal-​ħolqien jew ċertu suġġett Bibliku, nitgħallmu ħafna fatti interessanti. Imma meta nimmeditaw fuq dawk il-​fatti, naraw x’rabta għandhom maʼ xulxin u maʼ dak li tgħallimna fil-​passat. B’hekk, proprju kif bennej ibiddel materja prima f’xi bini sabiħ, il-​meditazzjoni tgħinna “nbiddlu” l-​fatti f’għamla jew struttura loġika.

Għandha tkun ikkontrollata l-​meditazzjoni?

“Il-​qalb qarrieqa iktar minn kull ħaġa oħra u hi ddisprata. Min jistaʼ jifhimha?”—Ġeremija 17:9.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Minn ġewwa, mill-​qalb tal-​bnedmin, joħroġ irraġunar li jagħmel ħafna ħsara: żína, serq, qtil, adulterji, xenqiet b’għira, atti mill-​agħar, qerq, kondotta laxka, għajn għajjura, . . . [u] nuqqas taʼ raġunevolezza.” (Marku 7:21, 22) Iva, bħan-​nar, il-​meditazzjoni għandha tkun ikkontrollata! Inkella, ħsibijiet ħżiena jistgħu jrawmu xewqat ħżiena li jistgħu jeskalaw u jwasslu għal għemejjel ħżiena.—Ġakbu 1:14, 15.

Għalhekk, il-​Bibbja tħeġġiġna nimmeditaw fuq “kulma hu veru, kulma hu serju, kulma hu ġust, kulma hu safi, kulma jqanqal l-​imħabba, kulma hu taʼ fama tajba, kull virtù, u kull ħaġa li jistħoqqilha tifħir.” (Filippin 4:8, 9) Meta “niżirgħu” affarijiet mill-​aħjar bħal dawn f’moħħna, se naħsdu kwalitajiet sbieħ, kliem grazzjuż, u relazzjonijiet pjaċevoli m’oħrajn.—Kolossin 4:6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja