LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 8/14 pp. 12-13
  • William Whiston

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • William Whiston
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IT-TWEMMIN TAʼ WHISTON
  • “MINN AKKADEMIKU MAGĦRUF ĠIE RAĠEL IMKEĊĊI”
  • Werrej
    Stenbaħ!—2014
  • Veru li Ġużeppi Flavju Kitibha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Thomas Emlyn—Midgħi jew difensur tal-verità?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ħajja taʼ Dejjem fuq l-Art—Tama li Nstabet mill-Ġdid
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 8/14 pp. 12-13
William Whiston

TITWILA LEJN IL-PASSAT

William Whiston

William Whiston kien xjentist, matematiku, qassis, kittieb taʼ ħafna kotba, u kollega tal-​fiżiku u matematiku Ingliż Sir Isaac Newton. Fis-​sena 1702, Whiston laħaq minflok Newton bħala l-​Lucasian Professor of Mathematics fl-​Università taʼ Cambridge, l-​Ingilterra. Uħud mill-​iktar nies intelliġenti fix-​xjenza u t-​teknoloġija kellhom din il-​pożizzjoni.

WHISTON hu magħruf ukoll, speċjalment minn studenti tal-​Bibbja, għat-​traduzzjoni tiegħu għall-​Ingliż tal-​kitbiet tal-​istorjografu Lhudi tal-​ewwel seklu Ġużeppi Flavju. Il-​ktieb The Works of Josephus jagħti ħafna informazzjoni dwar l-​istorja tal-​Lhud u d-​dinja tal-​Kristjani tal-​bidu.

IT-TWEMMIN TAʼ WHISTON

Whiston uża l-​intellett fin li kellu f’ħafna suġġetti, speċjalment fix-​xjenza u r-​reliġjon. Hu kien jemmen li r-​rakkont Bibliku tal-​ħolqien hu eżatt u li d-​disinn, l-​eleganza, u l-​ordni evidenti fin-​natura jippontaw lejn Arkitett divin.

Iżjed minn hekk, Whiston kien jemmen li l-​knejjes tal-​Kristjaneżmu kienu nqasmu f’ħafna denominazzjonijiet minħabba li l-​kleru kien żvija mill-​Bibbja u pprefera t-​tagħlim mhux Bibliku u t-​tradizzjonijiet tal-​kunsilli tal-​knisja u tal-​hekk imsejħin Missirijiet il-​Knisja.

Peress li Whiston irrikonoxxa l-​Bibbja bħala ktieb taʼ verità spiritwali, m’aċċettax l-​idea taʼ tbatija għal dejjem fin-​nar tal-​infern. Din l-​idea qiesha bla raġuni u kiefra, kif ukoll insult lil Alla. Però, dak li dwaru speċjalment kellu xi jgħid mal-​awtoritajiet tal-​knisja kien il-​fatt li m’aċċettax it-​Trinità, liema duttrina tgħid li f’Alla hemm tliet persuni kougwali u koeterni—il-​Missier, l-​Iben, u l-​Ispirtu s-​Santu. Madankollu, jintqal li mhux tlieta hemm allat, imma wieħed.

“MINN AKKADEMIKU MAGĦRUF ĠIE RAĠEL IMKEĊĊI”

Wara riċerka bir-​reqqa, Whiston ikkonkluda li t-​Trinità ma kinitx mgħallma mill-​Kristjani tal-​bidu imma ġiet adottata iktar tard meta l-​filosofija pagana bdiet dieħla fil-​Kristjanità.a Sħabu wissewh dwar il-​perikli li jippubblika dak li sab, imma Whiston ma setax jinjora dak li emmen li kienet rappreżentazzjoni ħażina tan-​natura vera taʼ Ġesù bħala l-​Iben t’Alla u esseri maħluq.

L-​Università taʼ Cambridge kienet tipprojbixxi lil kull min kien jgħallem ideat kuntrarju għad-​duttrina Anglikana milli jkollu kariga magħha, u dan kien ifisser li Whiston setaʼ jitlef l-​impjieg tiegħu. Madankollu, hu ma baqax sieket—għall-​kuntrarju taʼ Newton, li wkoll qies it-​tagħlim tat-​Trinità bħala falz imma li żamm lura milli jesprimi t-​twemmin tiegħu. Whiston kiteb: “L-​ebda qawwa fid-​dinja . . . mhi se tbeżżagħni.”

Minħabba li Whiston ma riedx jikkomprometti t-​twemmin tiegħu, “minn akkademiku magħruf ġie raġel imkeċċi”

Fl-​1710, Whiston tkeċċa mill-​università. Minħabba li ma riedx jikkomprometti t-​twemmin tiegħu, “minn akkademiku magħruf ġie raġel imkeċċi.” Lanqas wara dan ma ġie mbeżżaʼ. Fil-​fatt, waqt li kienu qed jakkużawh bl-​ereżija, hu kiteb serje taʼ komponimenti msejħin Primitive Christianity Revived (Il-​Kristjanità Primittiva Terġaʼ Tieħu l-​Ħajja)—il-​kelma “primittiva” tfisser il-​Kristjanità oriġinali, dik li pprattikaw is-​segwaċi bikrin taʼ Ġesù. Iktar tard, Whiston waqqaf is-​Society for Promoting Primitive Christianity (Soċjetà Biex Tippromwovi l-​Kristjanità Primittiva), li ltaqgħet fid-​dar tiegħu f’Londra.

Għalkemm tilef il-​kariga fl-​università u għal xi żmien sofra finanzjarjament, Whiston kompla jikteb u jgħallem fi ħwienet tal-​kafè f’Londra. Fl-​1737, biex jgħin lin-​nies jifhmu kif kienet il-​ħajja fil-​bidu tal-​Kristjanità, hu ppubblika t-​traduzzjoni tiegħu tal-​kitbiet taʼ Ġużeppi Flavju. Ma waqfitx tiġi stampata minn dak iż-​żmien ’l hawn.

Minħabba l-​waqfa kuraġġuża imma mhux popolari tiegħu, illum Whiston hu meqjus minn ħafna nies bħala “bniedem stramb,” jgħid l-​awtur James E. Force. Iżda oħrajn jammirawh bħala studjuż tal-​Bibbja, bħala wieħed li bis-​sinċerità fittex għall-​verità reliġjuża, u bħala raġel determinat biex jgħix skont it-​twemmin tiegħu.

a Il-Bibbja titkellem ċar dwar in-natura t’Alla. Għal iktar informazzjoni żur jw.org/mt. Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA > MISTOQSIJIET DWAR IL-BIBBJA MWEĠBIN..

FATTI FIL-QOSOR

  • William Whiston (1667-​1752) kien jaf lil Sir Isaac Newton. Whiston u Newton kellhom ħafna twemmin reliġjuż komuni bejniethom.

  • Għal xi żmien, Newton appoġġa bil-​kbir lil Whiston fil-​karriera tiegħu. Madankollu, iżjed tard, Newton tah il-​ġenb.

  • Whiston ġie mixli bl-​ereżija imma qatt ma ġie kkundannat.

  • “Waħda mill-​kwalitajiet li tispikka taʼ Whiston kienet l-​onestà sħiħa tiegħu.”—English Versions of the Bible.

Bniedem bravu li m’aċċettax kulma emmnu taʼ madwaru

It-​traduzzjoni tal-​kitbiet taʼ Ġużeppi Flavju taʼ William Whiston

“Jekk il-kontemporanji tiegħu sabuh ħerqan iżżejjed biex jissagrifika l-karriera tiegħu minħabba l-prinċipji, Whiston sab lill-kontemporanji tiegħu ħerqanin iżżejjed biex jissagrifikaw kwalunkwe prinċipju [għall-avvanz personali tagħhom].”—William Whiston—Honest Newtonian.

“Whiston uża l-​kapaċitajiet xjentifiċi tiegħu biex jagħmel riċerka, jimmedita, u jasal għal konklużjonijiet fid-​dinja tar-​reliġjon. It-​twemmin tiegħu kontra t-​Trinitarjaniżmu u t-​twemmin tiegħu fil-​Kristjanità Primittiva ġew minn ħafna qari u ħsib.” —Robert Bruen, PhD.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja