LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 11/14 pp. 14-15
  • Ix-xbihat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-xbihat
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kienu l-​Lhud leali taż-​żminijiet Bibliċi jqimu x-​xbihat?
  • Il-​Kristjani tal-​bidu kienu jużaw xbihat fil-​qima tagħhom?
  • Għandhom ix-​xbihat jintużaw bħala għajnuna fil-​qima?
  • Jistgħu x-Xbihat Iressquk Eqreb Lejn Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Għandu Alla Jiġi Meqjum Permezz tax-Xbihat?
    Stenbaħ!—2008
  • Il-Venerazzjoni tax-Xbihat—Kontroversja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Għandna Nqimu lix-Xbihat?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 11/14 pp. 14-15
Mara b’kuruna tar-rużarju titlob quddiem statwa taʼ Marija

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Ix-​xbihat

Miljuni taʼ nies sinċieri jqimu x-​xbihat. Imma din il-​prattika hi appoġġata mill-​Bibbja? Togħġbu lil Alla?

Kienu l-​Lhud leali taż-​żminijiet Bibliċi jqimu x-​xbihat?

“Tagħmilx għalik xi xbieha skolpita jew forma bħal xi ħaġa li hemm fis-​smewwiet ’il fuq, jew li hemm fuq l-​art taħt, jew li hemm fl-​ilmijiet taħt l-​art. Tmilx quddiemhom u lanqas tiġi mħajjar biex taqdihom.”—Eżodu 20:4, 5.

Il-​qima tax-​xbihat hi kundannata konsistentament fl-​Iskrittura Ebrajka, spiss imsejħa t-​Testment il-​Qadim.

STQARRIJA KOMUNI

Skont in-​New Catholic Encyclopedia, il-​Lhud kellhom abbundanza taʼ xbihat assoċjati mal-​qima tagħhom “u dawn ir-​rappreżentazzjonijiet kienu onorati, jingħataw riverenza, u jiġu meqjumin.”a Bħala eżempji, din l-​enċiklopedija ssemmi l-​għadd kbir taʼ tinqix taʼ frott, fjuri, u annimali li sebbħu t-​tempju f’Ġerusalemm.—1 Slaten 6:18; 7:36.

X’GĦANDEK TKUN TAF

Għall-​kuntrarju taʼ dak li ssostni n-​New Catholic Encyclopedia, Lhud leali ma qiemu ebda tinqix jew figuri assoċjati mat-​tempju. Infatti, imkien ma naqraw fil-​Bibbja dwar xi Iżraeli leali li uża xi xbieha fil-​qima.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Lil ħadd iktar ma nagħti l-​glorja tiegħi,” qal Alla permezz tal-​profeta Isaija, “lanqas it-​tifħir tiegħi lix-​xbihat minquxin.”—Isaija 42:8.

Il-​Kristjani tal-​bidu kienu jużaw xbihat fil-​qima tagħhom?

“Xi ftehim għandu t-​tempju t’Alla maʼ l-​idoli? . . . Tibqgħux tmissu dak li mhux nadif.”—2 Korintin 6:16, 17.

“Il-​Kristjani bikrin kienu jkunu diżgustati bis-​sempliċi ħsieb li jpoġġu x-​xbihat fil-​knejjes u kienu jqisuha xejn inqas minn idolatrija li jmilu jew jitolbu quddiemhom.”—History of the Christian Church

STQARRIJA KOMUNI

‘L-​użu tax-​xbihat fil-​qima Kristjana bikrija ma jistax jiġi dubitat issa,’ tgħid in-​New Catholic Encyclopedia. ‘Il-​katakombi Kristjani huma wirja taʼ arti Kristjana bikrija. . . . Anki figuri mitoloġiċi jżejnu l-​kmamar qaddisa taʼ qima sagra u dfin.’b

X’GĦANDEK TKUN TAF

L-​eqdem xbihat misjubin f’dawn il-​katakombi—passaġġi taħt l-​art użati bħala postijiet għad-​dfin—imorru lura sat-​tielet seklu biss. Dan kien xi 200 sena wara li miet Ġesù. Għalhekk, dak li n-​New Catholic Encyclopedia ssejjaħlu “qima Kristjana bikrija” mhuwiex il-​qima Kristjana l-​iktar bikrija—dik prattikata mid-​dixxipli tal-​ewwel seklu u dik deskritta fl-​Iskrittura Griega Kristjana, spiss magħrufa bħala t-​Testment il-​Ġdid. Il-​fatt li xbihat bħal dawn kienu fil-​katakombi sempliċement juri li sat-​tielet seklu, Kristjani tal-​isem kienu adottaw id-​drawwa pagana li jużaw ix-​xbihat, aktarx biex jiġbdu nies minn reliġjonijiet oħra.c

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Aħarbu mill-​idolatrija.”—1 Korintin 10:14.

Għandhom ix-​xbihat jintużaw bħala għajnuna fil-​qima?

“Ħarsu ruħkom mill-​idoli.”—1 Ġwanni 5:21.

Il-​qima tax-​xbihat hi prattika reliġjuża li m’għandha ebda bażi fil-​Bibbja. Għal din ir-​raġuni, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jqimux xbihat, u lanqas m’għandhom xbihat reliġjużi fi djarhom jew fil-​postijiet taʼ qima tagħhom.

STQARRIJA KOMUNI

“Ladarba l-​qima li tingħata lil xbieha tasal għand il-​persuna rappreżentata u tieqaf hemm,” tgħid in-​New Catholic Encyclopedia, “l-​istess tip taʼ qima li tingħata lill-​persuna tistaʼ tingħata lix-​xbieha li tirrappreżenta lill-​persuna.”

X’GĦANDEK TKUN TAF

Meta Ġesù għallem lis-​segwaċi tiegħu kif jitolbu, ma qalilhomx jużaw xbihat. L-​idea nfisha li tintuża xbieha fil-​qima lill-​Alla l-​veru ma tinstabx fl-​Iskrittura Griega Kristjana.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Qim lil Ġeħova Alla tiegħek, u lilu biss agħti servizz sagru.”—Mattew 4:10.

a In-New Catholic Encyclopedia tiddefinixxi l-venerazzjoni bħala “att reliġjuż, att taʼ qima.”

b F’dan il-kuntest, ix-xbihat jinkludu stampi, ikoni, statwi, simboli, u kwalunkwe ħaġa oħra li tiġi meqjuma.

c L-użu tax-xbihat kien komuni f’ħafna kulturi tal-qedem, inkluż dawk tal-Eġittu, tal-Greċja, u tal-Indja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja